Il-Partit tal-APDP isejjaħ għal riżenji u li jittieħdu passi kontra l-kriminalitá

Sandra Gauci temmet tgħid kemm-il darba li hemm bżonn li jittieħdu passi kontra il-kriminalitá sabiex il-pajjiż ma jibqax jiġi mherri minnha

Sandra Gauci tal-APDP
Sandra Gauci tal-APDP

Sandra Gauci ċ-Chairperson tal-ADPD qalet fi stqarrija  li “is-sentenza tal-lum dwar il-kuntratt tal-isptarijiet hi ċara daqs il-kristall” hekk kif il-ftehim ta’ kuntratt bejn il-Gvern u l-kumpaniji Vitals Global Healthcare u Steward Healthcare kien wieħed frawdolenti. 

Gauci talbet għal riżenji minnufih u anke li jittieħdu passi kontra dawn l-atti kriminali. Hija kompliet tgħid li il-Kummissarju tal-Pulizija Anġlu Gafá jrid “jistenbaħ” u jieħu azzjoni sabiex tieqaf din il-kriminalitá li “qed therri lill-pajjiż”.

Hija sostniet li Gafá irid jimxi ma’ kulħadd bl-istess mod u mhux “jibqa’ jipproteġi lill-kriminali fil-poter”. Gauci qalet li xebew jaraw każijiet ta’ nies li jaħarbu mill-ġustizzja u kollox jibqa’ “qisu xejn mhu xejn”. Gauci temmet tgħid li Gafá jrid iqum u biex ma jibqax “paraventu tal-kriminali”. 

More in Socjali