San Pawl se joħroġ mat-toroq Beltin is-Sibt minflok għada minħabba l-maltemp

Is-Sint 11 ta' Frar fil-5.30 p.m. Purċissjoni Sinodali bil-Vara ta’ San Pawl Nawfragu mat-toroq tal-Belt Valletta 

L-Għaqda tal-Pawlini flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta avżaw li l-attivitajiet esterni tal-lejla u t’għada inkluża il-Purċissjoni Sinodali bil-Vara ta’ San Pawl ġew kanċellati minħabba l-maltemp qawwi li laqat lil pajjiżna. 

Il-Festa Interna se tkompli kif ippjanat inkluża it-Translazzjoni Solenni tal-lejla u l-Quddiesa Pontifikali t’għada l-10 ta’ Frar.

Għada fis-1.30p.m. il-Banda tas-Societa’ Filarmonica La Valette teżegwixxi programm ta’ Marċi fis-Sede tas-Societa’.

Nhar is-Sibt 11 ta’ Frar se ssir attivita ‘Marċi Pawlini’ organizzata mill-Għaqda tal-Pawlini flimkien mas-Societa’ Filarmonica Nazionale La Valette fi Triq Santa Luċija fis-2.00p.m.

Fil-5.30 p.m. Purċissjoni Sinodali bil-Vara ta’ San Pawl Nawfragu mat-toroq tal-Belt Valletta akkumpanjata minn ħruq ta’ nar tal-ajru mill-Port il-Kbir.

More in Socjali