'Ftakru f'dawk li għalihom id-dar hija post tal-biża' mhux ta' sigurtà' - Marceline Naudi

Il-Presidne tal-GREVIO tfakkar fil-bżonn ta' inizjattivi biex nies li qed jgħaddu minn vjolenza domestika xorta jingħataw l-għajnuna

Il-President tal-Group of Experts on Action against Violence against Women (GREVIO) Marceline Naudi fakkret illi hekk kif aktar pajjiżiqed imorru għall-miżura ta' lockdown, ħsiebna għandu jkun ukoll ma' dawk in-nies u tfal li għalihom id-dar hija post ta' biża', mhux ta' sigurtà. 

Naudi sostniet illi filwaqt li huwa importanti li nnaqqsu mit-tixrid tal-Covid-19 huwa importanti wkoll li nkunu konxji ta' restrizzjonijiet u l-fatt li numru ta' xelters waqqfu milli jaċċettaw nisa ġodda. 

"Lanqas m'għandna ninsew illi t-telf ta' impijiegi se jolqot ħażin ħafna lil tant nisa, xi ħaġa li se twassal biex id-dipendenza tagħhom fuq l-agressur tiżdied."

Naudi sostniet illi fid-dawl tal-fatt li qed isir lockdown qed jittieħdu diversi miżuri innovattivi f'diversi pajjiżi. Uħud qed jibdew kampanji, filwaqt li oħrajn introduċew applikazzjoni onlajn għal ordnijiet ta' protezzjoni filwaqt li oħrajn inkludew l-appoġġ għal persuni li jgħaddu minn vjolenza domestika bħala 'servizz essenzjali'. 

"Qatt daqs illum ma kien hemm bżonn soluzzjonijiet innovattivi mill-Ministeri u għaqdiet tan-nisa kollha, ħalli nisa u tfal jinzżammu 'l bogħod mill-vjolenza," qalet Marcelline Naudi.

More in Socjali