Testijiet fi Franza bl-użu tad-drogi anti-malarja jħallu riżultati pożittivi fil-ġlieda kontra l-Covid-19

Isiru 24 test fuq pazjenti bil-malarja f'Marsilja bl-użu tal-Hydroxychloroquine

Testijiet għaddejjin madwar id-dinja ...
Testijiet għaddejjin madwar id-dinja ...

L-Ewropa bdiet l-ewwel provi biex issib vaċċin għall-Covid-19 u dawn qed isiru fuq eluf ta' pazjenti, bl-użu ta' diversi mediċini inkluż dawk kontra l-malarja.

​Il-provi se jinkludu 3,200 pazjent mill-Olanda, l-Belġju, il-Lussemburgu, ir-Renju Unit, Franza u Spanja.  Se jkun hemm ukoll 800 pazjent oħra fi Franza fejn bdew il-provi kliniċi biex jinstab il-vaċċin kontra dan il-virus li f'ġimgħa inxtered fuq 135,000 pazjent ġdid. 

Il-provi jinkludu l-mediċina Remdesivir li kienet użatha kontra l-Ebola, Lopinavir/Ritonavir użati kontra l-HIV u l-AIDS u l-hydroxychloroquine li hija wżata biex tkun trattata l-malarja. 

"Din il-lista hija bbażata fuq il-provi li kienu klassifikati bħala priorità mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa," qalet l-ispeċjalista Florence Ader mid-Dipratiment tal-Mard Infettiv u Tropikali tal-Isptar Crois-Rousse ta' Lyon.

Ader qed tmexxi wħud mill-provi li qed isiru fi Franza.

Il-Hydroxychloroquine kienet użata fuq 24 persuna f'Marsilja fi Franza bir-riżultati joħorġu fil-Ġurnal Internazzjoali tal-Aġenti Antimikrobjali.

L-istudju ikkonkluda illi minkejja li l-kampjun kien żgħir il-hydroxychloroquine flimkien ma' antibiotic urew tnaqqis jew tneħħija kompleta tal-virus minn diversi pazjenti.

"Wara sitt ijiem kien hemm differenza sinjifikanti bejn dawk li ħadu t-trattament u dawk li le," qal l-espert Didier Raoult li jmexxi l-istituzzjoni fejn saru dawn it-testijiet.  Huwa qal illi 75% tal-pazjenti raw titjib fil-kundizzjoni tagħhom wara t-trattament. 

Huwa qal ukoll dan it-titjib kien konsiderevoli wara 48 siegħa. 

N.B - Din il-mediċina ma kinitx approvata għall-użu u ma tistax tagħmel minnha għalissa jekk ikollok il-Covid-19 ħlief f'każ li jordnalk it-tabib tiegħek

More in Socjali