Posposta ż-żjara tal-Papa Franġisku f'Malta

Id-data tal-vjaġġ se tkun qed tiġi definita aktar 'il quddiem

Il-Kurja tal-Arċisqof ħabbret li bi qbil bejn l-Awtoritajiet u mal-Knisja, il-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku se jkun pospost, jiġifieri mhux imħassar iżda se jsir darb'oħra.

Id-data tal-vjaġġ se tkun qed tiġi definita aktar 'il quddiem.

L-Isqfijiet ta' Malta u Għawdex qed jieħdu din l-opportunità biex iħeġġu lill-Insara jżommu lill-Papa Franġisku fit-talb tagħhom.

Il-Papa kien se jżur Malta bejn it-30 u l-31 ta' Mejju.

More in Socjali