'Mas-Sirena tħabbat aktar qalbna' - Kanzunetta ta' kuraġġ għall-Forzi tal-Ordni u l-ħaddiema tas-saħħa

Xerred dan l-artiklu inti wkoll biex tagħmel kuraġġ lill-Forzi tal-Ordni u l-ħaddiema tas-saħħa waqt li tirringrazzjahom tax-xogħol tagħhom

Il-Fondazzjoni Simon Schembri Blue Light Foundation ħarġet kanzunetta biex permezz tagħha tirringrazzja u anke tagħmel kuraġġ lill-Forzi tal-Ordni u lill-ħaddiema tas-saħħa, b'mod partikolari f'dawn iż-żminijiet diffiċli li għaddejja minnhoom Malta u l-pajjiż.

F'din il-kanzunetta jieħdu sehem uħud mill-aqwa kantanti Maltin, jiġifieri: Glenn Vella, Eleonor Cassar, J Anvil, Corazon, Mike Spiteri, Paul Giordimaina, b'dan tal-aħħar jieħu ħsieb il-kompożizzjoni, filwaqt li Fleur Balzan il-kliem.

Produzzjoni: Dr.Herman Mula, Fleur Balzan, Joseph Fava, Danielle Busuttil, Paul Giordimaina.

Xerred dan l-artiklu inti wkoll biex tagħmel kuraġġ lill-Forzi tal-Ordni u l-ħaddiema tas-saħħa waqt li tirringrazzjahom tax-xogħol tagħhom.

 

More in Socjali