Coronavirus | F'ġimgħa l-każi jiżdiedu b'135,400 ... ħarsa lejn l-aħħar numri, fatti, miżuri u appelli

Araw l-appelli tal-awtoritajiet, in-numri tal-coronavirus madwar id-dinja u aktar f'dan il-bulletin ta' kull nhar ta' Ħadd fuq l-illum.com.mt

Il-Coronavirus u l-aħħar żviluppi dwaru baqgħu fuq fomm kulħadd matul din il-ġimgħa. Il-każijiet qed jiżdiedu u magħhom il-miżuri u l-appelli mill-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa biex kemm jista’ jkun l-imxija tal-Covid-19 tkun ikkontrollata.

Kif għamlet il-ġimgħa li għaddiet, f’dawn iż-żewġ paġni, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tiġbor l-aħħar numri dwar il-Coronavirus madwar id-dinja iżda se tispjega wkoll, f’punti xi miżuri u appelli li saru mill-Gvern matul din il-ġimgħa, liema miżuri jkompli ma’ dawk imħabbra l-ġimgħa li għaddiet.

Kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu u kull sagrifiċċju bħalissa huwa importanti għall-bqija tal-komunitajiet li fihom ngħixu. Għalhekk tajjeb li wieħed ikun mgħarraf bil-miżuri u l-appelli li saru biex isegwihom u jirrispettahom.

KAŻI KKONFERMATI: 284,008                                                                          

 

KAŻI ATTIVI: 178,606                                                                                                    

Sintomi ħfief: 170,504                                                                                          

Każi serji/kritiċi: 8,102                                                                                        

 

KAŻI MAGĦLUQA: 100,829 

Fejqan: 93,564 

 Imwiet: 11,838

                                           
L-AKTAR 10 PAJJIŻI MILQUTA

IĊ-ĊINA
Każi: 81,303
Imwiet: 3,259
Fejqan: 71,857

L-ITALJA
Każi: 47,021
Imwiet: 4,032
Fejqan: 4,440

SPANJA
Każi: 21,571
Imwiet: 1,093
Fejqan: 1,588

L-IRAN
Każi: 20,610
Imwiet: 1,556
Fejqan: 7,635

IL-ĠERMANJA
Każi: 20,142
Imwiet: 70
Fejqan: 180

L-ISTATI UNITI
Każi: 19,624
Imwiet: 260
Fejqan: 147

FRANZA
Każi: 12,632
Imwiet: 450
Fejqan: 12


IL-KOREA T’ISFEL
Każi: 8,799
Imwiet: 102
Fejqan: 1,540

L-IŻVIZZERA
Każi: 5,544
Imwiet: 56
Fejqan: 15

IR-RENJU UNIT
Każi: 4,014
Imwiet: 178
Fejqan: 67

 

Miżuri mħabbra fuq parir tal-Awtoritajiet tas-Saħħa

  • Divertiment: Jingħalqu diversi postijiet soċjali bil-għan li jonqos it-tixrid tal-Coronavirus. L-istabbilimenti magħluqa huma: barijiet, ristoranti, kafetteriji, snack bars, ċinemas, gyms, mużewijiet, wirjiet, klabbs, diskoteki, swieq fil-miftuħ, il-pixixni fil-magħluq, il-pixxina nazzjonali, l-istabbilimenti kollha tal-logħob, inkluż swali tal-bingo, casinos, ħwienet tal-gaming...
  • Edukazzjoni: L-iskejjel primarji, sekondarji, post-sekondarji u l-universitajiet jibqgħu magħluqa sa tmiem il-vaganzi tal-Għid, fis-17 ta’ April. Mhux eskluż li dan il-perjodu jitwal. Magħluqa wkoll iċ-ċentri kollha taċ-Childcare
  • Vjaġġar: Mill-bieraħ waqfu t-titjiriet kollha lejn il-pajjiż. Permessi biss titjiriet għall-merkanzija, raġunijiet umanitarji u għal każijiet ta’ ripatrijazzjoni


Miżuri oħra mħabbra fil-jiem li għaddew u li jibqgħu fis-seħħ:

  • Attivitajiet: Ma hemmx massimu jew minimu. L-attivitajiet kollha tal-massa ma jsirux inkluż dawk tal-futbol
  • Anzjani: Iż-żjajar fid-djar tal-anzjani jkunu sospiżi sakemm jingħata avviż ieħor
  • Mater Dei: Viżitatur wieħed ħdejn kull pazjent; Ħinijiet iqsar għall-viżitaturi: mill-11:30 sa 12:00 u mill-17:00 sas-18:00
  • Knisja: Il-quddies kollha fil-knejjes qed ikunu sospiżi sakemm jingħata avviż ieħor mill-Kurja

 

Kwarantina obbligatorja

  1. Spot checks u multa ta’ €3,000 għal kull min jinqabad jikser il-kwarantina obbligatorja
  2. Barranin li jgħixu u għandhom permess biex jaħdmu f’Malta, jekk jiksru l-kwarantina obbligatorja, se jeħlu l-multa, ikollhom il-permess tax-xogħol revokat u jiġu ddeportati lura mill-pajjiz.
  3. Il-kwarantina obbligatorja jridu jsegwuha dawk kollha li waslu:
  4. Mill-Italja, iċ-Ċina, Singapore, il-Ġappun, l-Iran u l-Korea ta' Isfel mis-26 ta' Frar ’il quddiem;
  5. Minn Franza, Spanja, il-Ġermanja u l-Iżvizzera mill-11 ta' Marzu ’l quddiem; u 
  6. Dawk kollha li mit-13 ta' Marzu ’l quddiem waslu Malta permezz tal-ajru jew il-baħar.

Appelli mill-Gvern mill-Awtoritajiet tas-Saħħa

  • Jekk mhux neċċessità, evita li toħroġ mid-dar
  • Teleworking: jekk possibbli, aħdem mid-dar.
  • Anzjani: l-anzjani huma l-aktar vulnerabbli; toħroġx bla neċessità
  • Tfal: it-tfal ma għandhomx iżuru lill-anzjani, la dawk li jgħixu fir-residenzi tagħhom u lanqas dawk fid-djar tal-anzjani
  • Safar: jekk mhux neċessarju evita li s-siefer lejn il-pajjiżi milquta mill-Coronavirus
  • Trasport Pubbliku: Tivvjaġġax bil-karozza tal-linja jekk ma tiflaħx
  • Tiġijiet: It-tiġijiet huma meqjusa attivitajiet tal-massa. Jekk possibbli, ipposponi

 

Helplines

111: Ċempel BISS biex tistaqsi dwar xi sintomi li qed tħoss. Qabel żur is-sit covid19.gov.mt
21324086: Għal aktar informazzjoni dwar il-Coronavirus
21411411: Għal dawk li jinsabu fi kwarantina obbligatorja u għandhom bżonn xi ħtiġijiet
2590 200: Għal mistoqsijiet dwar l-operat tal-Qorti
25903030: Għall-anzjani li ma għandhomx min idur bihom u għandhom bżonn qadjiet ta’ kuljum
2598000: Għal assistenza relatata mal-qasam tal-edukazzjoni
2546911: Għall-kumpaniji tal-gaming li jeħtieġu informazzjoni u għajnuna
79241281: Għal dawk li jkollhom mistoqsijiet urġenti relatati mal-ħidma tal-Arċidjoċesi

 

Ħarsa lejn il-każi ġodda f’Malta fl-aħħar ġimgħa (Mit-Tnejn)

Il-maġġoranza tal-każi jibqgħu importati, jiġifieri relatati ma’ safar. Hemm każijiet oħra ta’ trasmissjoni lokali li huma relatati mal-istess gruppi. Dawn il-persuni qed ikunu identifikati mill-contact tracing li qed isir meta jfeġġ każ ġdid u għalhekk dawn ikunu mill-ewwel fi kwarantina jew infurmati biex jitkellmu mill-ewwel jekk ikollhom xi sintomi. Qed jiżdiedu wkoll il-każijiet trasmessi fil-komunità.

Din il-ġimgħa kien hemm l-ewwel każ f’Għawdex u l-ewwel każ li fih inqalgħu kumplikazzjonijiet


Maltija ta’ 56 sena
Marret l-Ingilterra bejn il-5 u t-13 ta’ Marzu
Fil-15 ta’ Marzu kellha l-ewwel sintomi: deni, sogħla u wġigħ ta’ ras
Ma taħdimx.
Tgħix mar-raġel u qiegħed fi kwarantina

Raġel ta’ 34 sena
Dan kien vaganza ma' pazjent ieħor (pożittiv ukoll fil-jiem ta’ qabel) li kien mar Barċellona
Marru fis-6 ta’ Marzu u rritornaw fl-10 ta’ Marzu
Fl-14 ta’ Marzu kellu l-ewwel sintomi: sogħla u ftit deni u sar it-test
Jaħdem f’kumpanija privata u kien mar ftit ix-xogħol
Għaddej l-assessjar fil-kumpanija biex ikun magħruf x'kuntatt kellu u jekk hemm persuni f'riskju

Żagħżugħ ta’ 15-il sena
Kien Malta ma' grupp ta’ ħbieb.
Meta kien sejjer lura Spanja, waqt li kien l-ajruport, ħassu ma jiflaħx
Ġew iżolati fil-klinika tal-ajruport
Iż-żagħżugħ ta' 15-il sena rriżulta pożittiv
Inżammew hawn Malta u sħabu tpoġġew fi kwarantina

Taljana ta’ 49 sena
Tgħix u taħdem Malta
Ma sifritx, iżda r-raġel tagħha siefer Ruma u Montenegro bejn l-4 u l-5 ta’ Marzu
Kellha s-sintomi fil-15 ta’ Marzu
Is-suspett huwa li ttieħdet minn sintomi ħfief li kellu r-raġel
Ir-raġel tagħha ma kienx mar għax-xogħol għax sema’ mill-pariri tal-awtoritajiet

Ingliż ta’ 32 sena
Resident hawn Malta
Ġie fit-13 ta’ Marzu u fl-14 ta’ Marzu ħarġulu s-sintomi
Sema’ mill-pariri u kien fi kwarantina
Il-mara tiegħu tinsab fi kwarantina wkoll
Sar ukoll kuntatt mal-passiġġiera li kienu bilqiegħda viċin tiegħu fuq l-ajruplan

Żagħżugħ ta’ 19-il sena
Ukoll relatat ma’ pazjent ieħor li fl-aħħar jiem irriżulta pożittiv għall-Coronavirus
Kienu marru Dublin. 
Siefer bejn il-5 u l-10 ta’ Marzu 
Kien sar kuntatt miegħu meta sieħbu kien irriżulta pożittiv
Għalhekk ma kienx mar l-università
Iżda mar ftit ħin ix-xogħol u għalhekk qed isir kuntatt mal-kumpanija biex ikun magħruf x'kuntatti kellu

Raġel ta’ 36 sena
Ħaddiem tas-saħħa
Ittieħed minn ħaddiema oħra tas-saħħa (li rriżultat pożittiv fil-jiem ta’ qabel)
Kien identifikat meta sar il-contact tracing u għalhekk kien  tpoġġa fi kwarantina
Dan ħarġulu s-sintomi fl-14 ta’ Marzu
Peress li fil-ġranet ta' qabel kien mar ix-xogħol sar l-assessjar mal-kollegi tiegħu
Ir-riskju għall-pazjenti huwa wieħed minimu

Tfajla ta’ 23 sena
Ħaddiema tas-saħħa
Ittieħed ukoll minn ħaddiema oħra tas-saħħa (li rriżultat pożittiv fil-jiem ta’ qabel)
Fit-13 ta’ Marzu ħarġulha s-sintomi
Kien identifikata meta sar il-contact tracing u għalhekk kienet tpoġġiet fi kwarantina
Sar l-assessjar biex ikun magħruf x’kuntatt kellha mal-kollegi
Ir-riskju għall-pazjenti huwa wieħed minimu

Ħaddiema oħra tas-saħħa li kienet Għawdex
Ħarġulha s-sintomi fl-14 ta’ Marzu
Meta rriżultat pożittiv kienet Għawdex.
Tniżżlet Malta b’ambulanza u bi vjaġġ apposta tal-Gozo Channel
Din ma kinitx imsiefra fil-ġranet ta’ qabel.
Is-sorsi setgħu kienu tnejn:
Tgħix ma’ persuna oħra, Taljan, li kien imsiefer
Kellha wkoll kuntatt ma’ ħaddiem ieħor tas-saħħa f’Malta li rriżulta pożittiv għall-Covid-19

Tifel Malti ta' tliet snin
​Kellu kuntatt ma' persuna oħra (li rriżultat pożittiva għall-Covid-19 fl-aħħar jiem)
Kien identifikat mill-awtoritajiet tas-saħħa
Fil-15 ta' Marzu kellu l-ewwel sintomu: deni u rriżulta pożittiv
L-iskejjel magħluqa u għalhekk it-tifel ma kellux kuntatt ma' tfal oħra
Missier u iben Taljani
Familja sħiħa bil-Covid-19. L-Omm irriżultat pożittiv fl-aħħar jiem
Il-missier mar Ruma bejn l-1 u l-5 ta' Marzu
Il-missier ta' 58 sena u t-tifel ta' 15-il sena ħarġulhom is-sintomi u rriżultaw pożittiv
Dawn kienu fi kwarantina u għalhekk ma kellhomx kuntatt

Ingliża ta' 59 sena
Tgħix Malta
Daħlet Mater Dei minħabba xi ksur fil-5 ta' Marzu
Fit-13 ta' Marzu bdiet taqta' nifisha. Sarulha t-testijiet u rriżultat pożittiv
Is-sors tal-virus għadu mhux ċert
Kellha kuntatt żgħir ħafna ma' ħaddiem tas-saħħa li fil-jiem li għaddew irriżulta pożittiv
Kienet għadha fi żmien tal-inkubazzjoni u għalhekk setgħet ittieħdet minn barra Mater Dei
Il-pazjenta l-oħra li kienet magħha fil-kamra tpoġġiet fi kwarantina
Fi kwarantina wkoll il-ħaddiema kollha tas-saħħa li ġew f'kuntatt magħha
Is-sala tingħalaq u l-pazjenti l-oħra qed ikunu osservati


Maltija ta' 26 sena
Siefret l-Ingilterra u waslet lura fit-13 ta' Marzu
Kienet fi kwarantina
Fl-14 ta' Marzu kellha s-sintomi ta' deni u wġigħ ta' ras. Sar it-test u rriżultat fil-pożittiv
Peress li s-sintomi ħarġu ġurnata wara t-titjira, qed isir il-contact tracing tal-passiġġieri li kienu biswit tagħha
Raġel ta' 62 sena
Ukoll ġie mill-Ingilterra. Kien fuq l-istess titjira mat-tfajla ta' 26 sena
Fil-15 ta' Marzu beda bis-sintomi
Kien fi kwarantina meta ħarġulu s-sintomi


Malti ta' 28 sena
Ma kienx imsiefer
Fejn jaħdem kien hemm nies oħrajn li kienu msiefra.
Kellu kuntatt ma' persuna li kien Sqallija imma dan ma kellu l-ebda sintomi
Ma kienx qiegħed imur għax-xogħol wara li żviluppa s-sintomi


Malti 52 sena
​Ma sifirx
Lanqas ma kellu kuntatt ma' persuni li siefru jew persuni f'riskju għoli
Fl-10 ta' Marzu kellu deni u sogħla u ħareġ pożittiv
Jaħdem f'kumpanija privata u bħalissa għaddej il-contact tracing mal-impjegati
Is-sors għadu mhux magħruf. 
Ir-raġel jattendi gym. Jista' jkun li kien hemm xi ħadd infettat fil-gym


Anzjan ta' 70 sena
L-ewwel anzjan bil-Coronavirus
Ħarġulu s-sintomi fid-9 ta' Marzu u tkellem fis-17 ta' Marzu
Kellu wġigħ fi ġriżmejn, sogħla u deni
Kuntatti ma tantx kellmu
Is-sors tal-virus għadu mhux magħruf


Żewġ nisa Maltin ta' 26 u 27 sena
Kienu l-Ġermanja u l-Polona
Waslu minn Berlin fil-11 ta' Marzu
Bdew bis-sintomi fid-9 ta' Marzu meta kienu msiefra
Kellhom deni, sogħla, qtugħ ta' nifs u ħassewhom għajjiena
Daħlu fi kwarantina mill-ewwel
Sar contact tracing mal-passiġġiera fuq l-istess titjira


Koppja Taljana li għandhom 34 sena
Jgħixu u jaħdmu Malta
Ma kinux imsiefra
Kellhom kuntatt ma' persuna oħra fuq il-post tax-xogħol u li rriżulta pożittiv fil-jiem li għaddew
Il-mara bdiet bis-sintomi fit-12 ta' Marzu: għajjiena, sogħla u wġigħ fil-muskoli
Ir-raġel beda fit-13 ta' Marzu: uġigħ fil-muskoli


Maltija ta' 48 sena
Kienet Londra bejn l-1 u s-7 ta' Marzu
Fis-17 ta' Marzu bdiet bis-sintomi
Kif ġiet lura minn Londra bdiet mill-ewwel bil-kwarantina
Tgħix ma' familja ta' erbgħa. Jinsabu fi kwarantina


Żewġ pazjenti oħra Mater Dei
Wara li Ingliża rriżultat pożittiva waqt li kienet Mater Dei fi ksur saru testijiet fuq pazjenti oħra
Żewġ pazjenti oħra jirriżultaw pożittiv għall-Coronavirus
Kienu fl-istess sala iżda differenti minn dik tal-Ingliża
Dawk li kienu fil-kamra magħhom irriżultaw fin-negattiv
Is-sala fejn kienu ngħalqet
Il-ħaddiema tas-saħħa kollha jinsabu fi kwarantina


Malti ta' 37 sena
Ma sifirx
Beda bis-sintomi fid-9 ta' Marzu: deni, uġigħ fil-muskoli u sogħla
Irriżulta li kellu kuntatt fuq il-post tax-xogħol ma' barrani li kien l-Ingilterra
Mhux eskluż lanqas ħa l-virus mill-komunità
Qed isir il-contact tracing mal-ħaddiema l-oħra li jaħdmu miegħu


Tfajla ta' 26 sena
Tiġi minn persuna li kienet irriżultat fil-pożittiv fil-jiem li għaddew
Tiġi wkoll mit-tifel ta' tliet snin li wkoll irriżulta pożittiv
L-ewwek każ kienet tfajla li siefret il-Belġju
Il-pazjenti l-oħra ġew identifikati waqt il-contact tracing
Din it-tfajla, għalhekk kienet mill-ewwel fi kwarantina u meta ħarġulha s-sintomi ma kinitx marret ix-xogħol


Maltija ta’ 56 sena
Tiġi minn persuna li kienet irriżultat fil-pożittiv fil-jiem li għaddew
Kienet imsiefra Brussell
Hija waħda minn grupp (cluster) ta’ sitt persuni li kienu ġew identifikati u kollha rriżultaw fil-pożittiv
Għalhekk, din il-persuna, kienet mill-ewwel fi kwarantina


Malti ta’ 29 sena
Kien l-Ingilterra bejn it-8 u l-15 ta’ Marzu
Fil-15 ta’ Marzu bdewlu s-sintomi: sogħla, għejja u qtugħ ta’ nifs
Minn meta wasal Malta, kif titlob il-liġi, mar mill-ewwel fi kwarantina


Spanjol ta’ 33 sena
Residenti u jaħdem Malta
Mar Madrid bejn id-29 u d-9 ta’ Marzu
Fit-12 ta’ Marzu beda bid-deni u ħassu għajjien
Kien mar ix-xogħol fl-10 ta’ Marzu, qabel is-sintomi
Xorta sar kuntatt man-nies tax-xogħol anke jekk għalihom ma hemmx periklu


Malti ta’ 35 sena
Mar Brussell u wara lura fil-11 ta’ Marzu
Ftit wara kellu s-sintomi ta’ sogħla u wġigħ ta’ ras
Kien mill-ewwel fi kwarantina u allura ħadd aktar ma kien espost


Malti ta’ 64 sena
Jiġi minn persuna li rriżultat pożittiv fil-jiem li għaddew
Marru l-Ingilterra u ġew lura fit-13 ta’ Marzu
Is-sintomi ħarġu fis-17 ta’ Marzu: Sogħla u wġigħ fi griżmejn
Segwa l-liġi u kien mill-ewwel fi kwarantina


Għawdxi ta' 69 sena
Raġel li fis-16 ta' Marzu beda bis-sintomi: kellu d-deni u għejja
La siefer u lanqas kellu kuntatti ma' nies oħrajn infettati
Fl-10 ta' Marzu kellu laqgħa ma' ħafna nies; x'aktarx li ħa l-virus minn din il-laqgħa


Malti ta' 63 sena
Mar btala fit-8 ta' Marzu fit-Tramuntana tal-Italja
Fl-14 ta' Marzu beda bis-sintomi ta' deni, uġigħ ta' ras u sogħla
Meta ħarġet l-ordni tal-kwarantina mandatorja mill-ewwel obda
Ma espona lil ħadd għall-virus anke għax jgħix waħdu


Malti ta' 45 sena
Mar il-Brażil u għadda minn Istanbul
Wasal lura fis-17 ta' Marzu
Kien ma' persuna oħra u din sarulha t-testijiet għax żviluppat is-sintomi
Is-sintomi bdew kif ġie lura eżatt u għalhekk qed isir contact tracing man-nies fuq l-ajruplan


Ħaddiema tas-saħħa ta' 49 sena
Taħdem fil-privat
Fis-17 ta' Marzu kella għejja, deni u wġigħ fil-muskoli
Ma kinitx imsiefra u lanqas kellha ma' persuni bis-sintomi
Beda l-contact tracing mal-familja u n-nies li jaħdmu magħha
Każ ieħor ta' trasmissjoni lokali


Maltija ta' 71 sena
Is-sieħba ta' każ ieħor kkonfermat
Din il-persuna taħdem ukoll mat-turisti
Ħaddiema tas-saħħa ta' 36 sena
Bdiet bis-sintomi fl-14 ta' Marzu
X'aktarx kellha kuntatt ma' ħaddiem tas-saħħa ieħor li rriżulta pożittiv
Din kienet fi kwarantina
Qed ikun stabbilit ma’ min kellha kuntatt, inkluż pazjenti


Spanjol ta' 54 sena
Jgħix u jaħdem Malta
Mar Madrid bejn is-7 u s-17 ta' Marzu
Dakinhar stess beda bis-sontomi ta' wġigħ fil-griżmejn u deni
Kif ġie mar mill-ewwel fi kwarantina
L-uniku nies esposti huma n-nies li kienu miegħu fuq it-titjira


Indjan ta' 31 sena
Residenti u jaħdem Malta
Huwa relatat ma' grupp ta' persuni infettati (jaħdmu flimkien)
X'aktarx ittieħed minn fuq il-post tax-xogħol
Grupp ta' erba' persuni u tlieta minnhom jaħdmu flimkien
Beda bis-sintomi fil-15 ta' Marzu: uġigħ fil-muskoli, griżmejn, deni u sogħla
Għalhekk qed isir l-appell għax-xogħol mid-dar fejn possibbli


Anzjan ta' 61 sena u martu
Beda bis-sintomi fit-13 ta' Marzu
Ilbieraħ iddaħħal l-isptar għax is-sintomi baqgħu jiżdiedu
Għandu infezzjoni qawwija fiż-żewġ pulmuni, riżultat tal-virus
Jaqleb għall-agħar u jiddaħħal fl-ITU
Il-mara tiegħu wkoll riżultat pożittiva għall-Covid-19
Dawn iż-żewġ persuni jaħdmu flimkien u fuq il-post tax-xogħol kien hemm persuna li siefret


Mara ta' 30 sena
Omm it-tifel ta' tliet snin li rriżulta pożittiv fil-jiem li għaddew
Tinsab fi stat ta' saħħa tajba
Żvillupat is-sintomi fit-18 ta' Marzu: uġigħ fil-griżmejn u nifs misdud
B'kollox, f'dan il-grupp ta' persuni hemm tmien persuni infettati u kollox beda minn persuna li kienet siefret


Maltija ta’ 21 sena
Ma kinitx imsiefra iżda qariba waħda waslet mill-Ingilterra fid-9 ta’ Marzu
Din il-persuna kellha d-deni u kellha kuntatt mill-viċin magħha
Il-pazjenta bdiet bid-deni fid-19 ta’ Marzu
Hija studenta tal-Università iżda peress li din tinsab magħluqa ma attendietx lectures
Kellha biss kuntatt ma’ persuna li tgħix magħha


Somalu ta’ 44 sena
Jgħix u jaħdem Malta
Mar Brussell bejn it-12 u l-15 ta’ Marzu
Beda bis-sintomi fis-17 ta’ Marzu u kellu deni u wġigħ fl-istonku
Obda l-ordni tal-kwarantina
Kuntatt biss ma’ żewġ persuni li jgħixu miegħu


Raġel ta’ 41 sena
Miżżewweġ Maltija u jgħix Malta
La siefer u lanqas kellu kuntatt ma’ pazjenti pożittivi
Beda bis-sintomi fl-15 ta’ Marzu: sogħla, qtugħ ta’ nifs u għejja
Is-sors tal-virus mhux magħruf: każ ta’ trasmissjoni lokali
Qed isir contact tracing mal-kollegi u dawk li jgħixu miegħu


Malti ta 55 sena
Ma sifirx u ma kellux lanqas kuntatti ma’ persuni bis-sintomi
Beda bis-sintomi fl-14 ta’ Marzu: deni u wġigħ fil-muskoli
Jaħdem ma’ kumpanija privata u mar ix-xogħol ġurnata qabel ħarġu s-sintomi
Beda l-contact tracing fuq il-post tax-xogħol


Maltija ta’ 25 sena
Tgħix l-Ingilterra iżda ġiet Malta fid-19 ta’ Marzu
Kellha sintomi ħfief: uġigħ fil-muskoli u għejja
Kienet fi kwarantina f’appartament waħedha
Xorta qed isir contact tracing tat-titjira


Taljana ta’ 24 sena
Tgħix l-Awstralja u ġiet Malta fl-14 ta’ Marzu
Bdiet bis-sintomi fid-19 ta’ Marzu: Deni u sogħla
Obdiet il-kwarantina
L-uniku kuntatti kienu l-persuni li kienu fl-istess dar magħha. Jinsabu fi kwarantina


Maltija ta’ 49 sena
Ma sifritx
Kellha kuntatt ma’ persuna li rriżultat pożittiv fil-jiem li għaddew u li kienet siefret
L-awtoritajiet kienu jafu biha bis-saħħa tal-contact tracing
Bdiet bis-sintomi fl-10 ta’ Marzu: deni, sogħla u wġigħ ta’ ras
Żewġ persuni jgħixu magħha: jinsabu fi kwarantina
Taħdem fi skola iżda l-iskejjel jinsabu magħluqa u għalhekk ma hemmx riskju għat-tfal


 Indjan ta’ 30 sena
Jgħix Malta
Ma jaħdimx u għalhekk ma hemmx kuntatti ma’ nies fuq il-post tax-xogħol
Ma sifirx
Beda bis-sintomi fit-18 ta’ Marzu: Deni, sogħla u wġigħ ta’ ras
Jgħix ma’ persuna oħra li kienet irriżultat pożittiv fil-jiem li għaddew
Il-persuni li kienu fil-kumplament tal-post fejn jgħix kienu fi kwarantina


Ingliża ta’ 68 sena
Tgħix Malta
Waslet lura fis-16 ta’ Marzu
Għamlet kwarantina
Ma kellha l-ebda kuntatt ieħor
Bdiet bis-sintomi fit-18 ta’ Marzu: sogħla u deni


Żewġ pazjenti minn dawk li rriżultat pożittiv għall-Coronavirus issa fiequ anke jekk tpoġġew

More in Socjali