Marigold b'kampanja suċċess li wasslet biex tinxtara magna ġdida għall-iscreening tal-kanċer

Il-Fondazzjoni Marigold tħabbar illi inġabru b'kollox €175,000 matul il-kampanja Movember tal-2019

Michelle Muscat waqt il-konferenza
Michelle Muscat waqt il-konferenza

Waqt Konferenza fil-Breast Screening Unit f'Lascaris, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold Michelle Muscat qalet illi l-Kampanja Movember tal-2019 kient "suċċess kbir" u laħqet l-għan biex ikun hemm aktar għarfien fost in-nisa f'Malta fir-rigward tal-kanċer.

Waqt il-kampanja inġabru b'kollox €175,000 minn entitajiet privati, kumpaniji u skejjel. Parti minn dan l-ammont mar biex tinxtara magna li se tintuża mill-Unit Nazzjonali tal-Iscreening għall-bemefiċċju tan-nisa Maltin. Il-kumplament tal-flus li kienu miġbura kienu maqsuma bejn seba' NGOs li qed jaħdmu fuq għarfien dwar il-marda tal-kanċer.

Muscat qalet illi waqt li informazzjoni u l-għarfien dwar il-kanċer tas-sider issa żdied, informazzjoni dwar il-kanċer fit-testikoli u fil-prostata fost l-irġiel għadha fil-fażijiet inizzjali.

Id-Direttur tal-Unit Nazzjonali tal-Iscreeening it-tabiba Stephanie Xuereb faħħret dawn it-tip ta' kampanji u qalet illi kemm ilhom isiru kienet reġistrata żieda ta' nisa li jieħdu testijiet. Anke Danika Marmara minn National Cancer Platform faħħret l-inizjattivi tal-Fondazzjoni Marigold.

More in Socjali