Jurassic World 3 mistenni jħalli miljuni fl-ekonomija Maltija din is-sena

Partijiet mill-film Jurassic World 3 se jinħadmu Malta

Jurassic World 3
Jurassic World 3

L-2020 se tkun waħda illi fiha l-industrija tal-films se tieħu imbuttatura miljunarja 'il quddiem. Dan hekk kif il-film Jurassic World 3, jew aħjar partijiet minnu, se jkunu qed jinħadmu f'Malta. 

Dan il-blockbuster ta' Hollywood se jkun qed jiġi miġbud f'Mejju li ġej u mistenni joħroġ f'Ġunju tal-2021.

Jurassic World 3 se jkun miġbud f'Malta, Hawaii, Londra u fil-Kanada. F'pajjiżna l-lokazzjonijiet se jinkludu l-Belt Valletta. 

Dan il-film mistenni jħalli miljuni fl-ekonomoija Maltija, mal-miljuni li diġa' ħalliet din l-industrija s-sena l-oħra. 

Fil-fatt f'intervista mal-gazzetta ILLUM il-Kummissarju tal-Films Johann Grech qal illi din l-industrija ħalliet b'kollox €40 miljun matul l-2019.

Dan il-film qed ipoġġi lil Malta lura fuq il-mappa hekk kif huwa film b'baġit pjuttost kbir.

More in Socjali