Il-baħar qawwi jirbaħ lill-vapuri ... Il-Gozo Channel tissospendi s-servizz

Diversi ritratti u filmati li dehru dalgħodu kienu qed juru lill-vapuri jissieltu mal-mewġ qawwi fil-fliegu

Minħabba l-maltemp li qed jolqot lill-gżejjer Maltin u l-baħar il-qawwi, il-kumpanija Gozo Channel kienet kostretta tissospendi s-servizz tagħha.

Diversi ritratti u filmati li dehru dalgħodu kienu qed juru lill-vapuri jissieltu mal-mewġ qawwi fil-fliegu.

Fuq il-paġna ta’ Facebook, il-kumpanija Gozo Channel saħqet kif minkejja l-baħar qawwi, is-servizz baqa’ jaħdem matul il-lejl u anke kmieni dalgħodu.

Madanakollu, il-baħar tant twaqqa’ li kienet kostretta tissospendi s-servizz.

Għadu mhux magħruf fix-xħin is-servizz se jerġa’ jibda jiffunzjona.

Skont l-Uffiċċju Meteoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, “ir-riħ mil-Lbiċ ser ikun qawwi għal qawwi ħafna f'xi waqtiet fuq il-Gżejjer Maltin bil-ħalbiet tax-xita moderati jew qawwija kultant bil-ħalbiet tas-silġ.”

Din it-twissija se tibqa’ fis-seħħ sal-ħdax tal-lejla.

More in Socjali