Kap Eżekuttiv ġdid għall-Aġenzija Sapport

 Sciberras kienet Direttur tal-Operat tal-Aġenzija Appoġġ.

Ruth Sciberras inħatret bħala Kap Eżekuttiv ġdida tal-Aġenzija Sapport.

Sciberras kienet Direttur tal-Operat tal-Aġenzija Appoġġ. Hi għandha esperjenza twila fil-qasam soċjali, hekk kif, bħala social worker professjonali, ilha taħdem f’dan il-qasam għal dawn l-aħħar tnejn u għoxrin sena.  Kemm kienet ilha fl-Aġenzija Appoġġ, is-sinjura Sciberras ħadmet f’diversi oqsma ta’ din l-aġenzija, b’xogħol mat-tfal, żgħażagħ, u l-familji tagħhom. 

Għal diversi snin kienet parti mill-amministrazzjoni tal-Aġenzija Appoġġ, u diversi servizzi kienu taħt it-tmexxija tagħha, fosthom il-qasam tal-vjolenza domestika, is-servizz tax-xelter Għabex, u l-protezzjoni tat-tfal. Sciberras hija wkoll chairperson tal-Kumitat għat-Trobbija Pożittiva.

 Sciberras ser tkun qed taħdem, flimkien mal-professjonisti fi ħdan Aġenzija Sapport, biex b’għan wieħed ikomplu jagħtu l-aqwa servizzi lil persuni b’diżabilità, kif ukoll il-familjari tagħhom.

More in Socjali