Baġit | Il-Gvern se jixtri aktar mediċini fosthom dawk għall-mard rari

Fost l-investimenti ppjanati għall-Isptar Mater Dei se jkun hemm binja ġdida tal-Outpatients u apparat ġdid ta’ 'robotic surgery'. 

Waqt id-diskors tal-Baġit, il-Ministru Edward Scicluna ħabbar li l-Gvern se jinvesti f'mediċini ġodda fosthom dawk tal-qalb, iċ-ċirkolazzjoni, kanċer, mard tal-ġilda u mard rari. Se jiġi estiż wkoll l-programm għall-eradikazzjoni tal-Epitate Ċ.

Fost l-investimenti ppjanati għall-Isptar Mater Dei se jkun hemm binja ġdida tal-Outpatients u apparat ġdid ta’ 'robotic surgery'. 

Notevolment, l-investiment fil-kura tal-kanċer mhux se jkun limitat għax-xiri tal-mediċini biss iżda anke għall-introduzzjoni ta’ servizzi li jindirizzaw il-bżonnijiet tal-persuni li jirnexxielhom jegħlbu l-marda tal-kanċer.

More in Socjali