Illum il-Papa Franġisku se jordna lill-Monsinjur Antoine Camilleri bħala Isqof

Monsinjur Antoine Camilleri huwa Isqof u fl-aħħar snin serva bħala Sotto-Segretarju tas-Santa Sede għar-Relazzjonijiet bejn l-Istati

Illejla, il-Papa Franġisku se jkun qed jordna bħala Isqof lill-Monsinjur Malti, Antoine Camilleri.

Monsinjur Camilleri ġie maħtur bħala Nunzju Appostoliku u Arċisqof Titulari ta’ Skálholt

Monsinjur Antoine Camilleri għandu 54 sena u għal dawn l-aħħar snin serva bħala Sotto-Segretarju tas-Santa Sede għar-Relazzjonijiet bejn l-Istati, fi ħdan is-Segreterija tal-Istat tal-Vatikan, iżda ilu jaħdem fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede mill-1999.

Camilleri, li huwa minn Tas-Sliema, huwa gradwat fil-Ġurisprudenza u l-Liġi Kanonika.

More in Socjali