'Il-family park ta' Marsakala qed jitħalla fi stat ta' abbandun' jisħaq il-PN

Skont il-PN dan il-park sar 'post ta' periklu flok tad-divertiment għall-familji'

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista ilmenta dwar "l-istat ta' abbandun li qiegħed jitħalla il-family park ta' Marsaskala."

Skont il-PN dan huwa, "tort tal-inkompetenza tal-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera. L-Oppożizzjoni ilha tiġbed l-attenzjoni dwar it-telqa u l-abbandun f'dan il-post li suppost għandu jkun adegwat u sigur għall-ħin liberu u d-divertiment għall-familji," qalet l-istqarrija.

Żiedet tgħid li "l-Ministru għall-Ambjent mhux qed jindirizza bis-serjetà l-istat ambjentali f'pajjiżna, ż-żieda fit-tniġġis fl-ajru u t-tqaċċit sfrenat tas-siġar. l-Oppożizzjoni tappella lill-Ministru għall-Ambjent sabiex jindirizza minnufih l-abbandun li tħalla fih dan il-family park, li huwa l-ikbar wieħed f'pajjiżna, u li kien ġie inawgurat minn Gvern Nazzjonalista," temmet tgħid l-istqarrija.

More in Socjali