'L-immigranti huma test biex ninħelsu mill-esklussività u l-kultura li tarmi lin-nies'

Il-Papa Franġisku bi twissija dwar il-ħsara morali li se nħabbtu wiċċna magħha jekk se nkomplu 'narmu lill-bndemin'

Il-Papa Franġiskuj
Il-Papa Franġiskuj

F'messaġġ imqanqal fil-Jum Dinji tal-Immigranti u Refuġajti l-Papa Franġisku sostna li l-individwaliżmu qed jipproduċi globalizzazzjoni ta' indifferenza. Huwa qal illi l-immigranti huma test għall-insara biex jinħelsu mill-esklussività, l-indifferenza u l-kultura li tarmi lin-nies.

"F’dan ix-xenarju, il-migranti, ir-refuġjati, il-persuni maqlugħin minn għeruqhom u l-vittmi tat-traffikar saru emblemi ta’ esklużjoni. Barra t-tbatijiet li ġġibilhom magħha l-qagħda tagħhom, in-nies spiss tħares bl-ikrah lejhom u tqishom bħala l-għeruq tad-deni kollu tas-soċjetà. Din l-attitudni hija twissija mill-qanpiena tal-allarm dwar il-ħsara morali li se nħabbtu wiċċna magħha jekk se nkomplu nwittu t-triq ta’ kultura li tarmi l-bnedmin," wissa' l-Papa. 

 Huwa sostna li l-preżenza tal-migranti u r-refuġjati u tal-bnedmin vulnerabbli in ġenerali huma test għall-fidi u l-umanità li, skontu, jafu jintesew minħabba soċjetà sinjura. 

 "Meta aħna ninkwetaw għalihom, aħna nkunu ninkwetaw ukoll għalina nfusna, għal kulħadd; meta nieħdu ħsiebhom, nikbru lkoll kemm aħna; meta nisimgħuhom, inkunu qed nagħtu wkoll leħen lil parti minna nfusna li għandu mnejn inkunu qed inżommuha moħbija għaliex fi żmienna n-nies ma tħarisx tajjeb lejha."

Il-Papa qal illi l-problema mhux li aħna jkollna d-dubji jew il-biża' minn dak li ma nafux biżżejjed dwaru, jew mill-barrani, imma li dawn id-dubji jikkudizzjonaw " il-mod kif aħna naħsbu u naġixxu, sal-punt li jagħmluna intolleranti, magħluqin u forsi – mingħajr ma nirrealizzaw - saħansitra razzisti."

“Li aħna niftħu lilna nfusna għall-oħrajn ma jfaqqarniex," kompla jgħid il-Papa, "imma jagħmilna iżjed għonja, għaliex jgħinna nkunu iktar umani: biex nagħrfu lilna nfusna bħala sħab f’kollettività akbar u nifhmu lil ħajjitna bħala don għall-oħrajn; biex bħala mira tagħna jkollna mhux l-interessi tagħna nfusna, imma l-ġid tal-umanità” 

More in Socjali