'Għaddew minn ħdejna bastimenti u ħelikopters iżda injorawna'; l-immigrant salvat jirrakkonta

L-immigrant salvat jgħid li kien ma' 14-il persuna oħra li rahom imutu wieħed wieħed quddiemu

Mohammed Adam Oga u immigrant ieħor li ttella' mejjet mill-baħar
Mohammed Adam Oga u immigrant ieħor li ttella' mejjet mill-baħar

L-immigrant li kien salvat minn fuq dinghy mill-Forzi Armati ta' Malta, qal li kien l-uniku persuna li salva, hekk kif ra 14-il persuna oħra jmutu quddiemu f'temp ta' 11-il jum.

F'intervista ma' The Times of Malta, Mohammed Adam Oga spjega kif diversi bastimenti u ħelikopters li għaddew biswit tagħhom injorawhom, minkejja li huma għajtu għall-ajjut u kienu jidhru li kellhom bżonn l-għajnuna.

Spjega kif fost l-immigranti li mietu, kien hemm mara tqila.

Skont Adam Oga, f'dik is-sħana li kienu fiha, l-iġsma kienu bdew jintnu u kien għalhekk li ħadu d-deċiżjoni li jitfawhom il-baħar.

Adam Oga ġie salvat minn fuq dinghy nhar il-Tlieta li ghadda. Miegħu, fuq id-dinghy, kien hemm immigrant ieħor, li iżda kien mejjet.

L-immigrant li għandu 38 sena, bħalissa qiegħed jiġi rikoverat fl-Isptar Mater Dei.

Fi kliemu, huwa kien politiku fl-Etjopja fejn ħadem f'partit għall-indipendenza tar-reġjun Oromia.

'Ma kelniex ikel, ilma jew fjuwil,' irrakkonta Adam Oga li spjega kif spiċċaw jixorbu l-ilma baħar.

Kif harab? Adam Oga qal li ħallas €700 lil traffikant fil-Libja. Spjega kif tpoġġew fuq id-dinghy li kien jidher mhux minfuh sewwa.

Tant kemm kien ħażin, li lanqas jiftakar li ġie salvat, spjega l-immigrant

More in Socjali