Tixtrux minn dan il-prodott għax jaf jisplodi l-flixkun minħabba fermentazzjoni

Id-Direttorat tas-Saħħa Pubblika jwissi kontra x-xiri u l-użu ta' dan il-prodott

Il-prodott li m'għandux ikun ikkunsmat
Il-prodott li m'għandux ikun ikkunsmat

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba r-riskju li jisplodu l-fliexken minħabba l-possibilità ta’ fermentazzjoni fil-prodott magħluq.

 

 

Isem tal-prodotti:

Finest Sparkling Valencia Orange & Passionfruit Presse

Finest Raspberry & Pomegranate Presse

Finest Apple & Elderflower Presse

Finest Sicilian Lemon & Mint Presse

Ditta:

Tesco

Volum:

750ml

Data tad-durabbilità:

L-aħħar ta’ Marzu 2020

More in Socjali