Il-Banda Ċittadina Leone b'kunċert funebri nhar il-Ħadd li ġej

Antaloġija ‘Tgħanniqa’ hija espressjoni mużikali b’mixja tul is-snin li s-Surmast Colin Attard kien surmast direttur tal-Banda Leone

'Tgħanniqa'
'Tgħanniqa'

Nhar Ħadd il-Palm 14 t’April, fit-8:00 p.m il-Banda Ċittadina Leone se tkun qed ittella’ l-kunċert funebri tagħha, li llum sar appuntament annwali tal-Banda Leone fil-programm t’attivitajiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. 

Il-kunċert ta’ din is-sena, se jkun qed jiffoka fuq il-marċi funebri ppubblikati mill-Banda Ċittadina Leone fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa ta’ din is-sena. L-antaloġija ‘Tgħanniqa’ hija espressjoni mużikali b’mixja tul is-snin li s-Surmast Colin Attard kien surmast direttur tal-Banda Leone. Infatti, dawn il-marċi huma kompożizzjoni tiegħu u li jinstabu biss fl-arkivji tal-Banda Leone. 

L-isem tas-CD ‘Tgħanniqa’ ġej mill-isem tal-marċ funebri ġdid tas-Surmast Colin Attard b’dedika lis-Sur Ġużi Abela, eks-Kaxxier tas-Soċjetà li ħalla din id-dinja fix-xhur li għaddew. Dan l-isem se jkun qed jintuża wkoll għal dan il-Kunċert mill-Banda Leone b’ dawn il-marċi funebri. Dan il-kunċert se jkun qed jislet diversi ħsibijiet dwar dan iż-żmien qaddis, b’mod partikolari il-kuntatt bejn Ġesu u ommu Marija ssimbolizzat b’Tgħanniqa. Apparti l-Banda Ċittadina Leone taħt id-direzzjoni tas-Surmast Colin Attard, se jkunu qed jipparteċipaw ukoll l-Aurora Youth Choir. 

Dħul huwa b’xejn iżda wieħed jista jirriserva post fuq [email protected] jew b’sms fuq 99130694.

More in Socjali