Dwarna | Qalb Drew tibqa' tħabbat f'ħaddieħor sentejn wara li miet

Il-ġenituri ta' Drew ibiddlu traġedja f'kampanja biex aktar nies isiru donaturi tal-organi

Il-programm Dwarna ta' din il-ġimgħa jitkellem dwar l-inizjattiva ‘Life after Drew,’ li l-għan tagħha huwa li tqajjem kuxjena dwar id-donazzjoniji tal-organi.

Din il-kampanja bdiet ftit tas-snin ilu meta l-familja Abela tilfet lit-tifel tagħhom Drew.

Kenneth u Sharon, il-ġenituri ta’ Drew, immedjatament offrew li l-organi tat-tifel tagħhom jingħataw b’donazzjoni biex seba’ persuni oħra llum qed jgħixu ħajja aħjar.

Minn hemm nedew kampanja biex aktar nies jniżżlu isimhom f'dan ir-reġistru ta' donaturi tal-organi.

Waqt il-programm Dwarna titkellem ukoll Christine Grixti li rċeviet qalb Drew.

Il-programm 'Dwarna' jixxandar kull nhar ta' Ħamis, fl-4:30pm fuq TVM2.

 

More in Socjali