Għall-ħabs wara li ammetta li kien ibiegħ id-droga ħdejn skola f'Għawdex

Sal-bieraħ stess il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' żagħżugħ li rrakkonta kif id-droga f'Għawdex saret titqassam fid-dawl tax-xemx

Raġel ta’ 44 sena minn Kerċem ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs wara li ammetta li kien qiegħed ibiegħ id-droga biswit skola.

Ir-raġel kien tressaq il-Qorti akkużat b’pussess aggravat ta’ kokaina u erojina u anke b’pusess ta’ kannabis u li qiegħed jitraffrika d-droga inqas minn 100 mnetru ‘l bogħod minn skola, gym u klabb tal-futbol.

Huwa kien ġie arrestat fit-18 ta’ Jannar li għadda wara li nqabad fil-fatt fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat.

Il-Maġistrat Joe Mifsud qal li l-Pulizija f’Għawdex qed jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jeħilsu minn dawk li qed “ikissru” ħafna żgħażagħ Għawdxin.

Sal-bieraħ stess, żagħżugħ tkellem mal-gazzetta ILLUM u ddeskriva d-droga f’Għawdex bħala epidemija li qed teqred liż-żagħżagħ Għawdxin.

Filwaqt li ħa inkonsiderazzjoni l-fatt li l-akkużat ammetta kmieni l-akkużi kollha, il-Maġistrat tah sentenza ta’ sentejn ħabs u multa ta’ €3,000

Irrakkomanda wkoll lid-Direttur tal-Ħabs biex jassigura li r-raġel jingħata l-għajnuna kollha biex jegħleb il-vizzju.

More in Socjali