Black Friday: Persuna kienet ilha tistenna ħdejn il-ħanut mill-11 pm tal-bieraħ

Il-GRTU tgħid illi Black Friday din is-sena s'issa jidher illi huwa suċċess....

Il-bejgħ f'Black Friday jidher li huwa wieħed tajjeb
Il-bejgħ f'Black Friday jidher li huwa wieħed tajjeb

“Black Friday tibda b’suċċess kif mistenni.” Hekk sostniet il-GRTU fi stqarrija illi fiha qalet illi f'ċerti każi n-nies bdew jistennew minn kmieni. "L-iżjed persuna kmieni kienet wara l-ħanut fil-11:00 tal-bieraħ filgħaxija," kompliet tgħid il-GRTU.

L-istqarrija tgħid li fil-ħwienet l-ammonti tan-nies baqgħu mmaniġġjati tajjeb minħabba żieda fl-ammont ta' ħaddiema. 

“Għalkemm għadu kmieni biex tikkumpara mas-sena l-oħra, jidher biċ-ċar li x-xejra ta’ Black Friday sa issa hija pożittiva,” qalet il-GRTU. 

More in Socjali