Filmat | Il-programm 'Dwarna' issa wkoll fuq is-sit illum.com.mt

Dwarna, programm min-nies għal nies bil-għan li joffri perspettiva ġdida u anke soluzzjonijiet lil dawk li forsi qatgħu qalbhom quddiem il-problemi li sabu ma' wiċċhom

MediaToday u B2B irritornaw bil-programm Dwarna fuq TVM2 li se jkun qiegħed jixxandar kull nhar ta' Ħamis fl-4:30pm.

Fl-ewwel episodju, il-Psikoloġista Mariella Dimech tat idea ta' dak li se jkun qiegħed jitratta dan il-programm.

Bħas-snin l-imgħoddija, Dwarna se jkun programm min-nies għal nies bil-għan li joffri perspettiva ġdida u anke soluzzjonijiet lil dawk li forsi qatgħu qalbhom quddiem il-problemi li sabu ma' wiċċhom

Għalhekk dwarna se jkun qiegħed jitratta kundizzjonijiet mentali jew emozzjonali u stejjer ta' nies kurraġużi li bidlu ħajjithom mil-lejl għan-nhar minkejja dak li għaddew minnu.

Dwarna ma jinjorax lanqas realtajiet ġodda li tkun qed tiffaċja s-soċjetà Maltija, fosthom l-immigrazzjoni u l-barranin f'Malta.

F'dan l-ewwel programm, Dimech tirrakkonta wkoll stejjer li ltaqgħet magħhom hija stess, inkluż każijiet ta' vjolenza domestika u li dan il-programm se jkun qed jiddiskuti tul din l-iskeda.

Ta' kull ġimgħa, għal dawk li jkunu tilfu l-programm fuq TVM2, dan is-sit se jkun qiegħed jagħtikom l-opportunità li ssegwu Dwarna.

Ara hawn l-ewwel episodju: 

More in Socjali