Attent jekk xtrajt 'slime' li jilagħbu bih it-tfal

Dan instab li fih ammont kbir ta’ boron li jista'  jikkawżaw ħsara lis-sistema riproduttiva tat-tfal

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumaturqed tirtira minn fuq is-suq slime għat-tfal wara li nstab li fih ammont kbir ta’ boron.

L-inġestjoni jew saħansitra l-kuntatt dirett ma’ kwantità eċċessiva ta’ boron jistgħu jikkawżaw ħsara lis-sistema riproduttiva tat-tfal.

Fi stqarrija ġie sġjegat ukoll li l-prodott ma jikkonformax mal-kodiċi rekwiżiti tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ġugarelli u l-istandard Ewropew rilevanti EN 71-3.

Il-konsumaturi qed ikunu mħeġġa  jevitaw l-użu ta’ dan is-slime u huma mħeġġa jirritornawhom fil-ħwienet minn fejn xtrawhom.

L-operaturi huma ordnati li jieqfu milli jbiegħu jew iqiegħdu dan il-prodott fuq is-suq. 

L-MCCAA se tieħu azzjoni, kif prevista mil-liġi, kontra dawk l-operaturi ekonomiċi li jkomplu jqiegħdu dan il-prodott fuq is-suq.

Għal mistoqsijiet u tagħrif ieħor rigward dan is-slime jew xi prodotti oħrajn li mhumiex tal-ikel misjuba fuq is-suq Malti, wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq 23952000, [email protected] jew billi jżur www.mccaa.org.mt.

More in Socjali