Il-gazzetta ILLUM tiċċelebra l-festa b'suppliment speċjali nhar il-Ħadd li ġej

Nhar il-Ħadd li ġej 12-il paġna fil-gazzetta ddedikati biss għall-festa Maltija

Il-Festi, nhar il-5 ta' Awwissu fuq il-gazzetta ILLUM
Il-Festi, nhar il-5 ta' Awwissu fuq il-gazzetta ILLUM

Is-sajf daħal ġmielu u l-istaġun tal-festi jinsab fl-aqwa tiegħu. Nhar il-Ħadd li ġej, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tiddedika 12-il paġna kollha kemm huma dwar il-festa Maltija.

Fost affarijiet oħra, il-gazzetta titkellem ma' Charles Coleiro, Mario Coleiro u Godfrey Farrugia dwar il-fatturi li jagħmlu l-festa Maltija dik li hi.

Iżda l-festa ma hi xejn mingħajr in-nies u għalhekk iltaqgħet ukoll mas-sagristan, ma' tan-nar, tal-armar, tal-banda, tal-qniepen u l-isfumatur.

Ma jistax jonqos ritratti storiċi ta' avvenimenti speċjali li ġew iċċelebrati tul din is-sena u ħarsa lejn uħud mit-tradizzjonijiet kurjużi fil-festi Maltin.

12-il paġna li fihom jitkellmu l-imħuħ, il-qlub u l-idejn tal-festa!

Ritratt minn : Angie Borda Pace (Santa Liena), Kurt Law (San Pietru), Kristu Re (mill-Pa[na ta' Facebook - Festa kristu Re) u oħrajn minn Youtube u arkivji tal-Kamra tal-Aħbarijiet Mediatoday 

More in Socjali