Filmati | Emma Muscat tħalli lil Sophia Loren bla kliem

Il-kantanta Emma Muscat tinsab biss pass 'il bogħod mill-finali ta' Amici 

Emma Muscat tinsab pass ieħor viċin il-finali tal-programm popolari Amici ta' Maria De Filippi.

Ilbieraħ Emma rċeviet kummenti mill-isbaħ mill-artisti mistiedna fil-programm, fosthom Sophia Loren.

Kemm Loren u anke l-kantanti Taljani li ta' kull ġimgħa jkunu preżenti fil-programm, baqgħu mistgħaġba meta Emma kantat mal-kantanta popolari Annalisa.

 

Ilbieraħ ukoll il-produzzjoni ppreparat sorpriża għal Emma meta wara ġimgħat sħaħ ma tarax lill-familja tagħha, Maria De Filippi stiednet lil omm Emma li kienet preżenti fis-sala.

 

Lejn tmiem il-puntata, Emma kellha tagħmel sfida diretta kontra l-kantant Einar mit-tim tal-blu. Ħadd minnhom ma nqala' għax kemm Emma u anke Einar ġabu erba' voti kull wieħed mingħand l-għalliema.

 

Dan ifisser li Emma, li lbieraħ ma tilfitx sfida waħda, tinsab pass 'il bogħod mill-finali.

More in Socjali