Se tibda diskussjoni dwar kiri tal-ġuf bla ħlas

...il-Ministru tas-Saħħa jaċċerta li l-kiri tal-ġuf bi ħlas se jibqa' illegali

Fi programm fuq ir-radju ONE ftit tal-ħin ilu l-Ministru  tas-Saħħa Chris Fearne qal illi il-kiri tal-ġuf f'pajjiżna se jibqa' kontra l-liġi, hekk kif il-Gvern m'għandux mandat biex jagħmel dan. 

Fearne żvela iżda illi l-Gvern mistenni li jniedi proċess ta' konsultazzjoni biex titqanqal diskussjoni dwar jekk il-kiri tal-ġuf għandux ikun legalizzat biss għal dawk li jixtiequ jagħmluh mingħajr ħlas, ġeneralment fost membri tal-familja. Jiġifieri f'każ fejn oħt raġel, per eżempju, tiddeċiedi hi minn jeddha li toffri ġufha għal ħuha mingħajr ebda forma ta' ħlas. 

More in Socjali