Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Qadfa madwar Malta… għat-tfal tal-Kenya

‘Kayak for Charity’ tkompli bl-għajnuna tagħha fil-missjoni billi tgħin lil ħaddieħor permezz tal-isports.  

Ruben Anthony Xuereb / 27 t'Ottubru 2016 15:22
€4000 miġburin għal bini ta’ skola fil-Kenya
L-attività ta’ din is-sena ta' ‘Kayak for Charity’ ikkonsistiet f’qadfa ta’ erbgħin mil nawtiku madwar id-dawra ta’ Malta permezz tal-Kayak.  Il-qadfa ta’ din is-sena saret f’kundizzjonijiet ta’ temp favorevoli ħafna għall-qaddiefa, u tlestiet fi 13–il siegħa.   

Ir-riżultat ta’ din il-qadfa sarraf fi ġbir ta’donazzjoni ta’ €4000, li din is-sena ġew mgħoddija lil ‘Karibu! Malta’, għaqda taż-żgħażagħ ibbażata f’Malta, biex tgħin fi proġett ta’ bini ta’ skola ġewwa Mbaoni, fil-Kenya. L-għan ewlieni ta’ din l-għaqda hu li tiġbor kemm jista’ jkun fondi biex timplimenta proġetti ġewwa rħula differenti ġol-Kenja. Il-pjan għas-sena d-dieħla huwa li tinbena skola għat-tfal li lanqas biss għandhom dawl u ilma, aħseb u ara kemm għandhom faċilitajiet edukattivi.

Apparti minn Dorian Vassallo u Albert Gambina; li kienu l-ħsieb wara din il-qadfa, ħa sehem ukoll Michael Farrugia u għal-ewwel darba ħadu sehem ukoll Alan Borg u Renato Brincat.  Renato Brincat irnexxielu jidħol ukoll fil-kotba tar-rekords permezz ta’ din il-qadfa, għaliex hu l-ewwel qaddief li għamel id-distanza msemmija b’tip ta’ Kayak li jissejjaħ ‘Surfski’.

Iktar informazzjoni tistgħu issibuha fuq http://www.facebook.com/karibumalta

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook