Lidl flok scrapyard fil-Fgura

Scrapyard ta' 12,000 metru kwadru mistennijja ssir ħanut ieħor tal-Lidl

Fergħa ta' Lidl f'Għawdex
Fergħa ta' Lidl f'Għawdex
Is-sit propost fil-Fgura
Is-sit propost fil-Fgura

Il-kumpanija ta' supermarkets Lidl, irnexxielha ssib biċċa art ta' madwar 12,000 metru kwadru fil-Fgura sabiex tkun tista' tiżviluppa supermarket ieħor.

Dawn il-ħwienet popolari, li fil-passat bnew uħud mill-fergħat tagħhom f'artijiet ODZ bħalma ġara fil-każ ta' Ħal Safi u Ħal Luqa, sabu skrapyard bil-liċenzja fil-Fgura sabiex fuqha jinbena supermarket ġdid.

Dan ġie rrapurtat fil-MaltaToday fejn intqal ukoll kif fil-passat, kien hemm applikazzjoni sabiex dan is-sit jiġi żviluppat għal żona residenzjali. Tali applikazzjoni imbagħad twaqqfet lura fl-2003.

Għalhekk, il-pjan huwa li Lidl tkun tista' tiftaħ supermarket ieħor f'din iż-żona. L-iżvilupp propost minn Lidl jinkludi fih car park u żona fejn jilagħbu t-tfal.

L-applikazzjonijiet li Lidl kienet għamlet għal supermarkets fil-Mosta u Ħaż-Żabbar ġew rifjutati. Fl-istess waqt, Lidl preżentement għandha żewġ applikazzjonijiet, wieħèd f'żona ODZ maġenb il-bypass ta' Birkirkara u ieħor fil-Mosta fil-kumpless industrijali ta' Fort Blocks.

More in Socjali