Joe Mizzi jiċħad li s-servizz tat-trasport pubbliku mar għall-agħar

Il-PN ikompli jsostni li t-trasport pubbliku huwa falliment

Ritratt mill-arkivji
Ritratt mill-arkivji

Il-Partit Nazzjonalista kompla jinsisti li t-trasport pubbliku f'pajjiżna huwa falliment u huwa agħar mis-servizz li kien provdut qabel, fejn filwaqt li qalu li s-servizz li wiret dan il-Gvern ma kienx perfett, il-passiġġiera qed ikollhom servizz agħar, bil-Gvern iħallas ferm iktar f'sussidji lill-kumpanija Spanjola.

Il-PN kompla jgħid li, "l-uniku ħaġa li għamel il-Ministru matul dawn it-tliet snin hija riforma fuq riforma tiegħu stess. Is-sistema tat-trasport pubbliku ta’ dan il-Gvern hija falliment totali."

Dan kollu jiġi wara li iktar kmieni dalgħodu, il-Ministru Joe Mizzi ċaħad li l-frekwenza ta' vjaġġi tat-trasport pubbliku naqas waqt li żied li minflok, Transport Malta u l-Malta Public Transport huma f'konsultazzjoni aħjar mal-partijiet ikkonċernati fis-servizz tal-karozzi tal-linja.

Il-Ministru Mizzi ċaħad li s-servizz mar għall-agħar u qal li, "mhux minnu li l-frekwenza tal-karozzi tal-linja naqset. Hemm iktar xufiera u l-ilment huma kkonċentrati f'żoni partikolari, bħal f'San Ġwann."

Mizzi qal ukoll li l-ilment li t-tabelli bil-ħinijiet mhumiex aġġornati, se jiġu indirizzati dalwaqt. Fl-istess waqt, qal ukoll li mhux minnu li ż-żieda fis-sussidju, mhux qed twassal riżultati pożittivi.

More in Socjali