'L-ebda inċidenti serji fil-Karnival'

Il-Ministeru għall-Kultura jassigura li ma kien hemm l-ebda inċidenti serji

Ritratt: Ray Attard
Ritratt: Ray Attard

Il-Ministeru għall-Kultura assigura li ma kien hemm l-ebda inċident serju fil-perjodu tal-Karnival. 

Minkejja dan, il-Kunsill Malti għall-Arti rċieva rapport dwar impjegat ta’ kumpanija privata li sofra minn xi ġrieħi, li mhumiex ta’ natura serja, li jidher li kienu b’rabta ma’ logħob tan-nar.

Il-Ministru Owen Bonnici personalment ċempel lil dan l-impjegat li assigurah li minn parir mediku li rċieva rriżulta li l-ġrieħi, għad li fil-wiċċ, kienu ta’ natura minuri.  Il-Ministru awguralu fejqan ta’ malajr.

Fl-istess waqt, il-pulizija qed tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha.

More in Socjali