Jess Glynne għall-Isle of MTV

Il-kantanta Ingliża se tiġi Malta għall-Isle of MTV

L-ewwel kantanta ikkonfermata għall-edizzjoni tal-Isle of MTV din is-sena, hi l-kantawtriċi Ingliża, rebbieħa ta' Grammy Award, jess Glynne.

Glynne se tkun qed tieħu sehem fl-għaxar edizzjoni tal-Isle of MTV Malta, li se jsir fuq il-Fosos tal-Furjana fit-28 ta' Ġunju, lejliet festa pubblika.

Il-kantanta hi magħrufa għal bosta suċċessi mużikali fosthom 'Hold my Hand', 'Rather Be' u 'Take Me Home'. Il-kantanta f'kummenti qalet, "Ninsab ferm eċitata li ġejja Malta għall-10 anniversarju tal-Isle of MTV. Nistenna biex niċcelebra magħkom kollha."

More in Socjali