771 persuna jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol fi 3 xhur

Inċident wieħed kien fatali 

771 persuna kienu involuti f'inċidenti fuq il-post tax-xogħol tagħhom matul l-aħħar kwart tas-sena li għaddiet. Dawn l-inċidenti ma kinux fatali, fejn ħafna minnhom kienu minuri.

Iktar minn 20% ta' dawn il-każi seħħew f'xogħlijiet relatati mal-manifattura, waqt li oħrajn seħħew f'xogħlijiet relatati mat-trasport.

Meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta' qabel, in-numru ta' dawn l-inċidenti naqas b'25 fis-setturi tal-akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel, waqt li żdied b'32 f'attivitajiet relatati ma' amministrazzjoni.

F'dan l-istess perjodu, iktar minn 37% tal-inċidenti seħħew f'postijiet li kienu jimpjegaw 500 ħaddiem jew iktar.

Minkejja dan, fl-aħħar xhur tal-2015 ġie rrappurat inċident wieħed fatali u dan meta mqabbel mal-ebda inċident li seħħ matul l-istess perjodu tas-sena ta' qabel.

More in Socjali