Żewġt aħwa tfajliet Indjani ordnati biex jiġu stuprati pubblikament bħala kastig

Ordnati wkoll mill-kunsill tal-villaġġ biex jiġu mġegħla jimxu mal-villaġġ għarwenin u wiċċhom miżbugħ iswed

ritratt mehud mill-mirror.co.uk
ritratt mehud mill-mirror.co.uk

Żewġt aħwa tfajliet, Meenakshi Kumari ta’ 23 sena u oħtha ta’ 15-il sena ġew ikkundannati mill-kunsill tal-villaġġ magħmul biss minn irġiel li jiġu stuprati pubblikament u wara jiġu mġegħla jimxu mal-villaġġ għarwenin b’wiċċhom miżbugħ iswed.

U dan kollu għax ħuhom ħarab ma’ mara miżżewġa. Din l-ordni ġiet mikxufa mill-Amnesty International li qed jitolbu lil gvern Indjan li jwaqqfu din ilħruxija bla sens li ġiet ordnata f’villaġġ fid-distrett ta’ Baghpat barra minn delhi.

Skont Zeemedia, ħuhom Ravi sar iħobb tfajla mill-caste ta’ Jat li hi l-ogħla livell soċjali fl-Indja meta Rvai ġej minn caste baxx. It-tribu jew caste li ġejja minnu t-tfajla huma meqjusa bħala ‘untouchables’ u għandhom poter qawwi fil-villaġġ. Hi kient mġegħlha tiżżewweġ wieħed mis-soċjeta tagħha iżda ħarbet ma’ Ravi. Bħala kastig allura għandhom ibatuh ħutu l-bniet. Iżda dawn ħarbu mill-villaġġ u d-dar tal-familja ġiet imħarbta u misruqa talli ħarbu.

Il-familja qed jibżgħu li jinqatlu jekk imorru lura fil-villaġġ u qed jitolbu l-għajnuna tal-Amnesty International u lil gvern Indjan. Huma qed jgħidu li madwar l-Indja hemm ħafna minn dawn il-kun silli li mhux eletti b’mod demokratiku li ġejjin mill-caste tas-soċjeta għolja li jiddominaw l-villaġġ u jikkmadawh u jmexxuh kif iridu huma.

 

More in Socjali