L-AIDS, il-marda li ġġorr ħafna stigma u ftit li xejn għarfien

Għalkemm l-istatistika tixhed mod ieħor, hemm stigma kbira marbuta mal-omosesswali u din il-marda

Għada jaħbat il-Jum Dinji li jfakkar l-AIDS. Marda li taħkem madwar 35 miljun persuna fid-dinja fejn 3.2 miljuni minnhom huma tfal.

Il-gazzetta ILLUM tkellmet mad-Dipartiment tas-Saħħa u staqsiet dwar statistiċi lokali fejn tidħol din il-marda.

F’pajjiżna f’dawn l-aħħar 10 snin f’Malta ġew irrekordjati madwar 300 każ ġdid ta’ HIV li minnhom ġew innotifikati 47 każ ta’ AIDS, li hija l-marda fi stadju iktar kiefer tagħha. Minn dawn it-300 każ ġdid, 222 kienu rġiel waqt li 78 kienu nisa. F’172 każ, l-HIV ġiet trasmessa permezz ta’ kuntatt eterosesswali. 92 każ kienu klassifikati bħala rġiel li jagħmlu atti sesswali mal-irġiel u 10 każijiet minħabba teħid ta’ droga permezz tat-titqib u każ ta’ emofilja.

Fl-istatistika provduta deher li kien hemm 25 każ li l-mod tat-trasmissjoni ma kienx magħruf. Is-sena l-oħra, l-2013 ra 36 każ ġdid ta’ HIV u każ wieħed ta’ AIDS.

 

Iżjed fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Socjali