PL: Il-PN m’għadnu l-ebda kredibbilta jitkellem dwar il-provvista tal-enerġija

 Il-PL sostna li l-provvista addizjonali qed issir minħabba li għandu obbligu li jsaħħaħ il-provvista’ f’każ ta’ emerġenza u saħaq li l-PN lil popli tah l-ogħola kontijiet u powerstations li jniġġsu

Il-Partit Laburista kkritika l-Partit Nazzjonalista għall-pożizzjoni tiegħu dwar il-politika tal-enerġija ta’ Malta, bil-kritiċi jiddubitaw il-kredibilità tal-PN rigward il-provvista tal-enerġija tal-pajjiż.

B’risposta lejn l-istqarrija ppublikata mill-PN dalgħodu, li tikkritika d-deċiżjoni tal-Gvern li jonfoq  €37 miljun flok €14-il miljun għall-użu ta’ żewġ generators għal 47 ġurnata, il-PL qal “Kieku qgħadna fuq il-parir tiegħu l-pajjiż ilu snin mingħajr provvista biżejjed u b’xhur sħaħ kull sena mingħajr dawl”.

L-istqarrija tkompli telenka numru ta’ proġetti infrastrutturali li saru fil-pajjiż, fosthom ix-shore to ship, fejn vapuri u bastimenti kbar jużaw il-provvista tal-elettriku tal-pajjiż minflok jixtgħtelu l-generators tagħhom. “Dan kollu filwaqt li l-Gvern iżomm il-kontijiet stabbli” kompliet tgħid l-istqarrija.

Finalment il-PL sostna li l-provvista addizjonali qed issir minħabba li għandu obbligu li jsaħħaħ il-provvista’ f’każ ta’ emerġenza u saħaq li l-PN lil popli tah l-ogħola kontijiet u powerstations li jniġġsu.

More in Politika