'Il-kumpaniji tal-escooters mil-ewwel Marzu mhux se jkomplu dan is-servizz' - Ministru Bonett

Il-Ministru tat-Trasport l-ġdid ikkonferma d-deċiżjoni meħuda mill-predeċessur tiegħu li pprojbixxa l-kiri ta’ e-scooters mill-1 ta’ Marzu 2024

Il-e scooters se jieqfu joperaw minn Marzu 2024
Il-e scooters se jieqfu joperaw minn Marzu 2024

Il-projbizzjoni tal-e kick scooters tal-kiri se tiġi introdotti kif inhi skedata fl-1 ta' Marza 2024. Ikkonferma dan il-Ministru l-ġdid tat-Trasport Chris Bonett.

Waqt is-seduta tal-mistoqsijiet parlamentari l-Ministru qal “l-għan kien li n-nazzjon jiġi pprovdut b’mod alternattiv ta’ trasport, iżda minflok ma ħadu post il-karozzi, l-e scooters spiċċaw jieħdu post il-mixi”.

Huwa kien qed iwieġeb il-mistoqsija tad-Deputat Laburista Katya De Giovanni fejn Bonett spjega li kienu nqalgħu diversi kwistjonijiet ma’ min uża s-servizz tal-e-scooter tal-kiri.

"Osservajna nuqqas ta' rispett, veloċità eċċessiva, sewqan fuq bankini, u parkeġġ bl-addoċċ ta' scooters... mhux biss kienu qed jikkawżaw inkonvenjenzi iżda wkoll jipperikolaw il-ħajja tan-nies," żied Bonett.

 

More in Politika