PN - Il-white paper dwar ir-riforma tad-droga se titfa' lill-vittmi tad-droga u t-traffikanti fl-istess keffa

Il-PN qal li l-Gvern qed iressaq dawn il-proposti għax “qed jitlef il-gwerra kontra t-traffikar tad-droga u qata qalbu li qatt jista’ jirbaħha”. L-ittra ġiet iffirmata mix-Shadow Minister għall-Ġustizzja Karol Aquilina u x-Shadow Minister għall-Politika Soċjali

Il-Partit Nazzjonalista wissa lill-Gvern li l-veri vittmi tad-droga u t-traffikanti ser jitpoġġew fl-istess keffa u jitqiesu bl-istess mod f’għajnejn il-liġi jekk tagħddi l-white paper dwar ir-riforma fil-qasam tad-droga.

Fl-istqarrija il-PN ikompli jgħid li min jinqabad b’500 pillola ecstasy, 200 gramma eroina, 200 gramma kokaina jew nofs kilogramma kannabis jibda jitqies bħala vittma flok traffikant, kif qed jipproponi l-Gvern fil-White Paper dwar ir-riforma fil-qasam tad-droga.

Il-PN qal li l-Gvern qed iressaq dawn il-proposti għax “qed jitlef il-gwerra kontra t-traffikar tad-droga u qata qalbu li qatt jista’ jirbaħha”. Fl-istqarrija wissew li jekk tgħaddi tal-Gvern, se nispiċċaw f’sitwazzjoni fejn it-traffikanti tad-droga jibdew jitpoġġew mal-vittmi tagħhom stess fiċ-ċentri ta’ rijabilitazzjoni; dan ikun żvilupp inkwetanti għax jagħaqqad ir-rijabilitazzjoni tal-veri vittimi mat-traffikanti.
Finalment il-PN sostna li “l-politika f’dan ir-rigward kienet, għadha u se tibqa’ waħda ċara u soda: id iebsa mat-traffikanti tad-droga u għajnuna u mħabba lill-vittmi tad-droga.”

L-ittra ġiet iffirmata mix-Shadow Minister għall-Ġustizzja Karol Aquilina u x-Shadow Minister għall-Politika Soċjali

More in Politika