Numru ta' bidliet fir-reshuffle tal-Partit Nazzjonalista

Darren Carabott ser jibqa' Chairperson tal-PAC u ngħata l-portofoll tal​​​​​​​​​​​​​-Intern, Sigurtà​, Riformi U l-Ugwaljanza filwaqt li Joe Giglio se jkollu l-portafoll tal-Infrastruttura

Deputati Nazzjonalisti ssejħu fil-kwartieri tal-Partit Nazzjonalista is-Sibt filgħodu hekk kif il-Kap tal-PN Bernard Grech ħabbar reshuffle tax-shadow cabinet tiegħu.

Darren Carabott ser jibqa' Chairperson tal-PAC u ngħata l-portofoll tal​​​​​​​​​​​​​-Intern, Sigurtà​, Riformi U l-Ugwaljanza li kien taħt Joe Giglio se jieħu l-portafoll tal-Infrastruttura li kien ta' Ryan Callus.

Sorsi li tkellmu ma’ din il-gazzetta kkonfermaw li għaddej “reshuffle maġġuri”, b’numru ta’ Membri Parlamentari jaraw tibdil fil-portafolli shadow tagħhom.

Ir-reshuffle ta’ Grech ġej eżatt ġimgħa wara li l-Prim Ministru Robert Abela wettaq reshuffle tal-Kabinett tal-Gvern.

Il-ġimgħa li għaddiet, Bernard Grech iddeskriva r-reshuffle ta’ Abela bħala wieħed “kożmetiku”, u stqarr li kien sfurzat jespandi l-kabinett minħabba r-reżistenza ta’ ċerti Membri Parlamentari.

 

More in Politika