L-MEP tal-PN għandhom żewġt uċuħ - wieħed għal Malta u wieħed għal Brussell

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista tefa’ dawl ikrah fuq Malta għax “jaħdem biss skont il-ġudizzju tagħhom” 

Waqt dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar ir-reżoluzzjoni fuq Malta, imbottata mill-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista, Roberta Metsola u David Casa, li skonthom inkixfet l-attitudni vera tagħhom. L-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista  fi stqarrija qal li Metsola u Casa għandhom żewġt uċuħ – li juru biċ-ċar li lesti jattakkaw lil Malta, u jikkompromettu kollox. . 

Il-Kandidat għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Daniel Attard qal li Casa għandu ‘double standards’, għax minbarra l-ħsara li jipprova jagħmel lil Malta, huwa ressaq riżoluzzjoni li tħeġġeġ l-abort, umbgħad jiġi Malta u jipprotesta kontra l-istess prinċipju li vvota favurih.


Id-Deputat Edward Zammit Lewis u l-kandidat tal-Parlament Ewropew Attard, saħqu li Metsola u Casa xeħtu dell ikrah fuq Malta f’livell internazzjonali. Zammit kompla jgħid li għall-PN, “l-ipokrezija hija bla limitu” u li l-PN irid “saltna tad-dritt a la carte” u saħqu li ”jaħdmu biss skont il-ġudizzju tagħhom”.


Attard spjega li f’pajjiżi oħra m’hemmx membri parlamentari li jaħdmu kontra pajjiżhom stess b’ “attitudni negattiva” filwaqt li qed isiru allegazzjonijiet foloz fuq Malta

More in Politika