Il-Partit Nazzjonalista jippropona tmien objettivi għat-tisħiħ ekonomiku f’Malta bi pjan ta’ viżjoni għal ħajja aħjar

F’konferenza għat-tisħiħ tal-ekonomija Maltija, il-Partit Nazzjonalista qal li din il-viżjoni se sservi biex tipprovdi kwalitá ta’ ħajja aħjar u ta’ assigurazzjoni lis-setturi tan-negozji

Bernard Grech, Kap tal-Partit Nazzjonalista
Bernard Grech, Kap tal-Partit Nazzjonalista

Il-konferenza indirizzata mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ittrattat fuq x’vjaġġ ekonomiku għandha timbarka Malta sabiex ikollna impjiegi ta’ kwalitá għolja fuq il-kwantitá. 

Waqt il-konferenza tkellem ukoll il-Kelliem għall-Finanzi Jerome Caruana Cilia li qal li d-dejn ta’ Malta qed joqrob lejn l-€10 biljun hekk kif il-ħajja qed tkompli togħla. Il-prodotti essenzjali qed jkomplu jiżdiedu u jżidu l-vulnerabbiltá, b’nuqqas ta’ għajnuna mill-Gvern Laburista. 

Min-naħa tiegħu il-Kelliem għall-Ekonomija u l-Ħolqien ta’ Setturi Ekonomiċi Ġodda Ivan J. Bartolo semma tmien objettivi għal ‘Viżjoni Ekonomika għal Malta’. Bartolo beda isemmi l-kontinwitá tan-negozji, ma jistax jieqfu japoġġjaw wieħed u jiffukaw fuq ieħor. Imbagħad Bartolo semma ukoll il-kumpaniji Maltin, u li b’hekk se jikkrea ambjent ta’ integritá lejn kulħadd. 

It-tielet objettiv li jissemma huwa li se tingħata framework għal negozji ġodda u għadhom qed jibdew. Ir-raba’ objettiv huwa li l-gvern għandu jkun iktar ta’ għajnuna biex jiffaliċitá involviment attiv minn stakeholders. 

Il-ħames wegħda li jitkellem fuqa Bartolo tiffoka fuq l-industriji Maltin, u jisħaq li l-Gvern għandu jiddiskuti l-punti b’ saħħithom u anke dawk dgħajfin tal-industriji. Is-sitt proposta imsemmija kienet dwar li jinħolqu setturi ekonomiċi ġodda. Il-lista tal-PN kienhemm mniżżel industrji ta’ potenzjal, bħall-Metaverse, AI u  3D printing fost oħrajn. 

Is-seba’ objettiv li ddiskuta Bartolo kien il-kummerċjaliżmu u l-iżvilupp tal-Unique Selling Point (USP), fejn jinsab il-punt uniku ta’ bejgħ ta’ industrija għall-Malta li jattira investituri, impjiegi, u kwalitá ta’ ħajja għolja. 

It-tmien u l-aħħar objettiv jiffoka fuq l-immaniġġjar tal-ħaddiema sabiex jitjieb. Dan il-proċess se jgħin biex in-nazzjon ma jkomplix jiddependi fuq “cheap labour”. 

Bartolo temm jgħid li l-viżjoni tal-PN tiffoka fuq proċess ta’ assigurazzjoni li s-setturi jsaħħu l-preżenza tagħhom f’Malta jew saħansitra jinħoloq ambjent biex investituri jinvestu għall-ewwel darba f’pajjiżna.

Il-Kelliem għas-Settur Marittimu u x-Xogħol Ivan Castillo qal li l-viżjoni tal-PN hi li n-nies jibqgħu fiċ-ċentru tal-politika. Hu tenna li b’assessjar regolari, kontinwament se jaraw li jisaħħu l-ħiliet tal-‘workforce’, filwaqt li jinħolqu inċentivi fiskali finanzjarji u edukattivi għall-gwadann tal-poplu kollu.

Dan in-nifs ta’ tiġdid se joffri prijoritá lin-nies, investimenti fl-edukazzjoni, fil-kura tas-saħħa u fl-enerġija nadifa. Grech qal li l-viżjoni tal-PN se sservi wkoll bħala salvagwardja tad-demokrazija.

More in Politika