Ħidmiet t’eluf ta' ħaddiema onorati fil-Jum Dinji tal-Istandards

Waqt konferenza, Farrugia Portelli xeħtet dawl fuq kumpaniji li għandhom jadottaw standards sabiex jimxu b’mod ġust, jiksbu iktar suċċess u jiksbu l-fiduċja tal-konsumatur

L-Awtoritá ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u d-Drittijiet għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCA) organizzat konferenza biex tiċċelebra l-Jum Dinji tal-Istandards bit-tema “Il-kontribut tal-istandards għall-benesseri tas-soċjetà”. Dan huwa jum internazzjonali biex iqajjem kuxjenza u anke jonora l-ħidma li jagħmlu eluf biex jaħdmu fuq standards kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali. 

Fid-diskors tal-ftuħ tal-konferenza, il-Ministru għad-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li dan huwa mod kompettitiv ġust fuq standards li jservu ta’ gwida għall-operaturi ekonomiċi biex jimxu mar-regolamenti u direttivi tal-UE.  

Kelliema ewlenin tefgħu dawl fuq il-benefiċċji multi dimensjonali li jġibu magħhom dawn l-istandards, speċjalement għal SMEs. L-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija u jistgħu jtejbu l-kompettitivitá u l-kwalitá tal-prodotti u servizzi tagħhom. B’hekk dawn jistgħu jikbsu aċċess fuq swieqi globali.

Il-konferenza kompliet tixħet dawl fuq l-irwoli integrali tal-istandards prattiċi Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG). Dawn l-istandards se jipprovdu pjan ċar għall-kumpaniji biex jintegraw prattiċi ESG fis-servizzi tagħhom. 

Fl-aħħar tad-diskors, iċ-Chairperson tal-MCCAA Helga Pizzuto tkellmet dwar il-kollaborazzjoni li hemm ma’ rapreżentanti ta’ intrapriżi li qed jaħdmu biex jadottaw u jkunu konformi mal-istandards sabiex tinkiseb il-fiduċja u rikonoxximent mal-konsumatur. 

Pizzuto faħħret l-Istitut tal-Istandards u l-Metroloġija, li huwa pilastru fil-qasam tal-istandardazzjoni għaliex stinka sabiex industriji jaslu għall-konformitá tal-istandards li jiggarantixxu prodotti u servizzi ta’ kwalitá u sikurezza.

More in Politika