L-ADPD jtennu li mhux isir biżżejjed fis-settur tal-enerġija

"Is-settur tal-enerġija jingħata priorità, kemm għal raġunijiet ambjentali, kif ukoll dawk ekonomiċi u ta’ saħħa" - Dr Ralph Cassar

Il-maltempata tal-Ħamis 31 t’Awwissu reġgħet wasslet sabiex ċerti żoni f’Malta spiċċaw bla dawl.

L-ADPD qalet waqt konferenza stampa s-Sibt 2 t’Awwissu li jekk ma nbiddlux il-mudell ekonomiku ta’ pajjiżna għal wieħed li jiffoka aktar fuq il-kwalità tal-ħajja se nibqgħu ngħaddu minn kriżi għal oħra; “minn żbroff ta’ drenaġġ, toroq jegħrqu u elettriku ġej u sejjer.”

Is-Segretarju Ġenerali ta’ Dr Ralph Cassar spjega kif hemm bżonn li s-settur tal-enerġija jingħata priorità, kemm għal raġunijiet ambjentali, kif ukoll dawk ekonomiċi u ta’ saħħa. Skontu, is-sussidji qed iwasslu għal ħelu bla bżonn minflok jinkoraġġixxu li wieħed jagħżel sorsi aktar effiċjenti. Saħaq li, “l-ispazju fuq binjiet industrijali u tal-anqas il-bini ġdid kollu missu ilu li kienu obbligati jiġġeneraw l-elettriku.”

Fid-dawl tad-diskors ta’ Miriam Dalli, fejn ħabbret konsultazzjoni dwar l-enerġija mir-riħ fuq il-baħar, l-ADPD jaqbel mal-prinċipju. Madankollu, jgħid li l-ewwel għandhom jiġu addottati l-aktar miżuri sempliċi, fejn il-bjut kollha ta’ binjiet industrijali u governattivi jintużaw għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, u segwentament kull bejn inġenerali. Apparti dan, qed jipproponu li jitpoġġew turbini f’żoni industrijali.

Nerġgħu nenfasizzaw li hemm bżonn naslu għal tal-anqas 50% tal-elettriku minn sorsi Iċ-Chairperson ta’ ADPD Sandra Gauci qalet li, “wara l-kriżi li kellna fid-distribuzzjoni tal-elettriku ħadd ma refa’ r-responsabilità. F’pajjiż fejn kulħadd imwaħħal mas-siġġu tal-poter u ħadd donnu mhu responsabbli ta’ għemilu.”

Hi mmirat kritika partikolari lejn il-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta Jonathan Cardona, li “biex laħaq CEO tal-Enemalta intagħżel direttament minn Kastilja. Minn bejjiegħ tal-passaporti għal CEO tal-Enemalta. Ta’ din l-inkapaċità ta’ nies f’postijiet delikati u ta’ responsabilità, jħallas il-poplu bit-taxxi tiegħu u billi jara l-kwalità tal-ħajja tiegħu dejjem sejra lura.”

Il-Ministru Mirian Dalli ukoll kienet kritikata minn Gauci, li qalet li din ukoll għandha responsabbiltà xi ġġorr.

Temmet billi għamlet referenza għall-proposti li l-ADPD ħabbru ftit ġimgħat ilu sabiex din il-problema tiġi ndirizzata.

More in Politika