L-Ambaxxatur għall-Isvezja f’Malta isellem lil David Agius

L-Ambaxxatur Andres Jato se jkun qed iħalli il-pożizzjoni tiegħu

L-Ambaxxatur għall-Isvezja f’Malta Andres Jato sellem lid-Deputat Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti David Agius, hekk kif dan tal-ewwel se jkun qed iħalli l-kariga tiegħu.

Agius, filwaqt li awgura suċċessi f’dak li jagħmel Jato fil-futur, irringrazzja lill-Ambaxxatur tax-xogħol siewi li għamel sabiex isostni u jtejjeb ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

Flimkien, huma għarfu l-importanza li nfittxu toroq ġodda li jwasslu għal benefiċċju taż-żewġ nazzjonijiet, partikolarment fis-settur tal-enerġija rinovabbli.

Agius innota kif it-twaqqif tal-Grupp ta’ Ħbiberija Parlamentari bejn il-Parlament Malti u dak tal-Isvezja se jwassal għal aktar diskussjonijiet dwar kooperazzjoni bejn il-paiiżi, u flimkien qablu li huwa importanti li “nibqgħu ottimisti u proattivi billi ninvestu f’opportunitajiet ta’ diversità kulturali.”

Huwa żiedu li r-relazzjoni ta’ bejn Malta u l-Isvezja tista’ tissaħħaħ bil-preżenza fiżika ta’ rappreżentanti diplomatiċi fil-pajjiżi.

More in Politika