Randolph Debattista u Rebecca Buttigieg jirċievu ittri ta' theddid u tgħajjir personali fil-Parlament

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li l-Oppożizzjoni tikkundanna attakki personali u theddid fuq Deputati kemm jekk fil-Parlament u anke barra minnu

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg u anke d-Deputat Laburista Randolph Debattista, irċevew ittra ta' theddid u tgħajjir personali li waslet għandhom fil-Parlament.

Huma infurmaw lill-Ispeaker Anġlu Farrugia b'dawn l-ittri hekk kif il-Parlament qed jitlaqa' biex jivvota kemm fuq l-estimi tal-Baġit u anke fuq Abbozzi importanti, inkluż dak dwar l-abort biex ikun jista' jgħaddi għall-aħħar stadju Parlamentari.

L-Ispeaker Farrugia infurmahom li se jkun qiegħed jieħu passi u jgħaddi dawn l-ittri lill-awtoritajiet. Iż-żewġ Deputati se jagħmlu rapport lill-Pulizija.

Iż-żewġ Deputati, waqt is-seduta, ma tawx dettalji tal-kontenut ta' dawn l-ittri. 

Intant, Il-whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li l-Oppożizzjoni tikkundanna attakki personali u theddid fuq Deputati kemm jekk fil-Parlament u anke barra minnu.

More in Politika