Aħbar tajba wkoll illejla! 11-il persuna oħra jfiequ mill-Covid-19

Il-Ministru Fearne jħabbar li 11-il persuna fieqet mill-Covid-19

Minkejja l-aħbar kerha tal-ewwel mewt minn coronavirus f'pajjiżna iktar kmieni llum, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne llejla fuq Dissett qal ukoll illi 11-il pazjent ieħor fieq mill-coronavirus. 

B'kollox sa dalgħodu Malta kellha 299 każ ta' persuni bil-Covid-19. 

Il-Ministru qal li l-aħjar huwa illi l-proċess jieħu iktar żmien u tkun imħarsa is-saħħa tal-poplu.  Huwa qal li hemm ħafna appart li qed jasal pajjiżna u li se jkollna biżżejjed biex il-pajjiż jinqeda issa u għaż-żmien li ġej. 

Fearne ikkonferma iżda illi żewġ kontejners ġejjin lejn Malta bl-apparat mediku - inkluż vemtilators -  għadhom it-Turkija, għalkemm ma kkonfermax jekk fil-fatt dan l-apparat insteraqx jew le.

More in Politika