'Tiftaħx l-istaġun tal-kaċċa meta ninsabu fl-eqqel tal-pandemija' - Erba' gazzetti indipendenti

Erba' gazzetti jingħaqdu f'appell ma' 10 għaqdiet biex meta kulħadd qed jintalab jibqa' ġewwa ma jippertmettix eluf joħorġu għall-kaċċa

L-istaġun qed ikun propost li jiftaħ nhar l-10 ta' April
L-istaġun qed ikun propost li jiftaħ nhar l-10 ta' April

Il-gazzetta ILLUM flimkien ma' The Times of Malta, Malta Today u  The Malta Indpependent  - erba' gazzetti independenti ngħaqdu mal-appell lill-Prim Ministru biex ma jiftaħx l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa meta ninsabu fl-eqqel tal-pandemija tal-COVID-19.

Dawn jingħaqdu ma’ 10 għaqdiet mhux governattivi li wkoll iddikjaraw l-appoġġ tagħhom lil din is-sejħa ta’ BirdLife Malta f’messaġġ komuni li ħarġu.
 
L-istqarrija tal-għaqdiet kienet tgħid illi f’nofs il-kriżi COVID-19 "meta s-soċjetà kollha qed tintalab tibqa’ ġewwa ħlief jekk ikun assolutament neċessarju, huwa xokkanti li l-Gvern se jkun qed jippermetti li eluf ta’ kaċċaturi joħorġu għall-kaċċa fir-rebbiegħa."

Fakkru wkoll illi minħabba li l-Unit tal-Infurzar tal-Pulizija se jkun qiegħed jiffoka fuq l-infurzar ta' miżuri Covid-19 dan se jfisser illi d-deroga mhux se tkun infurzata bil-konsegwenza probabbli li dan l-istaġun iġib miegħu biss "massakru ta' għasafar protetti."

Jekk jiftaħ l-istaġun ikun mill-10 ta' April li ġej - jiġifieri nhar il-Ġimgħa l-Kbira sat-30 ta' April.

Downloadable Files

More in Politika