10 persuni jiksru l-kwarantina mandatorja; 18 oħra jinstabu fi gruppi ta' aktar minn tlieta

Mindu bdew isiru l-ispezzjonijiet sal-lum inħarġu 65 multa.

18-il persuna weħlu multa ta’ €100 kull wieħed wara li l-Pulizija sabithom fi gruppi ta’ aktar minn tliet persuni f’postijiet pubbliċi.

Dawn l-ispezzjonijiet qed isiru mill-Pulizija wara avviż legali tal-Gvern li l-għan tiegħu huwa li jnaqqas l-infezzjonijiet lokali tal-Covid-19.

Apparti dawn, waqt l-440 spezzjoni li saru mill-Pulizija flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa u l-Protezzjoni Ċivili fuq, 10 persuni nqabdu jiksru l-kwarantina obbbligatorja.

L-10 persuni ġew immultati €3,000 kull wieħed. 

Mindu bdew isiru l-ispezzjonijiet sal-lum inħarġu 65 multa. 

More in Politika