Coronavirus | Erbatax-il persuna jinqabdu jiksru l-liġi u jeħlu multa

Tmienja ngħataw multa wara li nstabu fi gruppi ta' aktar minn tlieta f'post pubbliku filwaqt li sitt persuni kisru l-kwarantina mandatorja

Minkejja l-avviżi u anke l-multi li ddaħħlu fis-seħħ bil-għan li kulħadd jikkopera fit-twaqqif tal-imxija tal-Covid-19, tmien persuni ngħataw multa ta’ €100 kull wiehed waqt ir-rondi li qed tagħmel il-Pulizija biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi.

Fil-fatt, matul il-ġurnata tal-bieraħ, membri tal-Korp, bir-riżorsi tal-vetturi,
klieb u żwiemel, illum dehru jduru fit-toroq ta’ bliet u rħula differenti, fil-kampanja u qrib il-baħar. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa saru 471 spezzjoni madwar Malta u Għawdex. Il-Pulizija flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa u l-Protezzjoni Ċivili sabu sitt persuni jiksru l-liġi u għalhekk ġew immultati €3,000 kull wieħed. 

Mindu bdew isiru l-ispezzjonijiet s’issa l-awtoritajiet ħarġu 49 multa għall-ksur tal-kwarantina obbligatorja. 

More in Politika