€1.1 biljun f'bolla u taxxa u €2.7 biljun f'VAT mhux imħallsa lill-Gvern

Hekk kif tħabbru diferimenti fi ħlas ta' taxxa u bolla u anke VAT dokumenti juru li l-Gvern ma ġabarx biljuni minn flus dovuti lilu

Biljuni fi flu mhux miġbuea minn bolla u taxxa
Biljuni fi flu mhux miġbuea minn bolla u taxxa

Hekk kif il-Gvern ħabbar inizjattivi ta' differiment ta' ħlasijiet f'taxxa u bolla lil ċerti kumpaniji, il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela - wara li ratdokumenti uffiċjali -  illi sal-aħħar tal-2018 il-Gvern kien għadu ma ġabarx ftit aktar minn €1 biljun f'taxxa u bolla suppost imħallsa mill-privat kif ukoll minn min jaħdem għal rasu.  Dawn l-arretrati jingħaqdu ma' €2.7 biljun oħrajn li l-Gvern għadu ma ġabarx jew inkella li lanqas biss jemmen illi jista' jiġbor f'VAT.  Ġeneralment flus, ma jkunux jistgħu jinġabru minħabba diversi fatturi fosthom l-għeluq ta' negozju, mewt, bdil ta' indirizz, falliment, nuqqas ta' lokalizzazzjoni tal-persuna li trid tħallas u aktar.

Fl-iskema li ħabbar il-Gvern ma għamilx differenza bejn kumpanija li għandha arretrati ta' taxxa u bolla u oħra li ħallset il-bolol kollha tal-ħaddiema.

Ħarsa lejn l-arretrati biljunarji f'bolla, taxxa u VAT

Flimkien ma' espert fil-qasam finanzjarju din il-gazzetta tat ħarsa lejn il-karatteristiċi ta' dawn il-biljuni li l-Gvern baqa' qatt ma ġabar minkejja li kienu dovuti lilu.

Fiż-żewġ każi dawn il-biljuni jmorru lura għall-1998 u jibqgħu sejrin sat-tmiem tal-2018, 20 sena.

It-total ta' bollol u taxxi mhux imħallsa minn wara l-1998 telgħu għal €1,052.8 biljun u jinqasmu hekk:

Mill-perjodu li l-Gvern kien introduċa s-Self Assesment System wara l-1998 - jiġifieri li kulħadd inkluż il-ħaddiem jimla formola hu ta' kemm daħħal flus li mbagħad jibgħatha lid-Dipartiment - il-Gvern għadu ma ġabarx €599 miljun.

Din is-sistema imbagħad inbidlet għall-Final Settlement System, l-istess sistema tal-lum - li minnha l-Gvern għadu ma ġabarx f'taxxi, ftit inqas minn €135 miljun.

Jekk inħarsu lejn il-bolol imbagħad naraw li min iħaddem għadu ma ħallasx €223.2 miljun f'bolol.

Min jaħdem għal rasu għad irid jagħti lill-Gvern €95 miljun.

Dan kollu jitla' għat-total ta' ftit iktar minn €1.052 biljun, li fil-fatt mhuwiex l-arretrati kollha għaliex magħhom trid iżżid €154 miljun li hija bolla u taxxa li għadha ma tħallsitx minn qabel l-1998.

Minn dawn il-miljuni kollha l-Gvern qed jgħid li €915-il miljun ma jistgħux jinġabru. L-espert li tkellem ma' din il-gazzetta qal illi dan ikun għal diversi raġunijiet fosthom kumpaniji li jagħlqu, bdil ta' indirizz jew pajjiż li jagħmilha diffiċli biex id-Dipartiment jintraċċa l-flus u raġunijiet oħra.

Jidher illi l-akbar ammont ta' flus li ma jistgħux jinġabru ġej miż-żmien fejn kulħadd kien jimla' l-formola tat-taxxa hu.  Fil-fatt mill-€599 miljun, €494 miljun ma jistgħux jinġabru.

F'dak li jirrigwarda VAT imbagħad tajjeb wieħed jinnota li bir-reġim ta' VAT li daħlet fl-1998, wara li kien elett mill-ġdid Gvern Nazzjonalista li neħħa s-CET li daħħal Gvern Laburista - sal-2018 il-Gvern kien għadu ma ġabarx €159.4 miljun.

I-Gvern għadu ma ġabarx b'kollox €2.6 biljun f'VAT, li qed jaħseb illi mhux se jiġbor, €66 miljun li maqbudin f'każi li nfetħu l-Qorti u €98.6 miljun li għandu minn min jiġborhom u li beda azzjoni biex dawn jinġabru!

L-espert finanzjarju temm jammetti illi dawn l-ammonti huma kbar.  Minkejja dan saħaq li wieħed jeħtieġ ukoll ipoġġihom fil-kuntest ta' numru ħafna akbar li nġabru f'ekonomija li qiegħda tikber.


Min huma dawk li għadhom ma ħallsux il-bolla tal-ħaddiema tagħhom?
Din il-gazzetta tinsab infurmata li fost dawk li għadhom ma ħallsux il-bolla hemm negozji kbar fid-divertiment u turiżmu kif ukoll kumpaniji kbar tal-kostruzzjoni.


Il-ħaddiem jitħallas xorta? U s-self employed?
Iva, jekk min iħaddmek ma jħallasx il-bolla bil-liġi inti xorta kopert u xorta tieħu l-benefiċċju u l-pensjoni. Naturalment dawn il-flus xorta jibqgħu piż ta' miljuni suppost imħallsa fil-Kaxxa ta' Malta. Jekk persuna hija self employed jeħtieġ tħallas it-taxxa u l-bolla biex tieħu l-pensjoni u benefiċċji oħrajn.


X'inhi l-iskema li ħabbar il-Gvern dwar diferimenti?
Il-Gvern ħabbar illi l-kumpaniji kollha li raw tnaqqis drastiku fix-xogħol - jistgħu jibbenefikaw minn diferimenti ta' ħlas ta' VAT u anke bolla għax-xagħarejn li ġejjin - inkwantu minn jekk il-kumpanija għandhiex arretrati xi tħallas f'taxxa, VAT u bolla.

More in Politika