Silvio Parnis ukoll iċedi l-paga ta' dan ix-xahar

Dan qed isir bil-għan li l-flus ikunu jistgħu jintużaw biex jiġu ffinanzjat il-miżuri finanzjarji li qed iħabbar il-Gvern

Silvio Parnis
Silvio Parnis

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità Silvio Parnis ukoll ċeda l-paga tiegħu ta' dan ix-xahar, l-istess kif għamel il-Prim Ministru Robert Abela biex  jiġu ffinanzjat il-miżuri finanzjarji li qed iħabbar il-Gvern.

Meta ħabbar dan, il-Prim Ministru Abela, saħaq li min isegwi l-eżempju tiegħu, din l-inizjattiva żgħira, tkun qed tagħmel differenza.

Huwa ħeġġeġ ħaddiema oħra taċ-ċivil li jistgħu, biex jagħmlu bħalu biex ikun iggarantit il-ħlas ta' dawk l-impjegati li spiċċaw, ħabta u sabta, jew bla xogħol jew li xogħolhom huwa mdendel.

Intant wara l-Prim Ministru, anke l-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri u l-Ministru għat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli, ħabbru illi bħala dover se jsegwu lill-Abela u ma jiħdux paga ta' xahar.

More in Politika